San Alwiġi Gonżaga

21 ta' Ġunju

San Alwiġi Gonzaga twieled fid-9 ta’ Marzu 1568 fil-kastell ta’ Castiglione delle Stivieri, ġo Lombardija ġewwa l-Italja.  Il-familja tiegħu kienet waħda mill-aktar nobbli u setgħana ta’ dak iż-żmien.  Missieru kien Ferrante, Markiż ta’ Castiglione u ommu kienet l-Assistenta Personali tal-mara tar-Re Filippu II ta’ Spanja.  Alwiġi trabba imdawwar bil-ġid u l-kumdita’, iżda kellu ukoll problemi f’saħħtu.

Missieru kellu tama qawwija li Alwiġi, l-ewwel wild tiegħu, kien jew jidħol fil-militar jew ikun persuna fil-politika.  Mit-tfulija bikrija tiegħu, missieru kien determinat li jintroduċi lil Alwiġi għall-ħajja fil-militar tant hu hekk li missieru kien jieħdu miegħu għat-taħriġ militari meta Alwiġi kellu biss erba snin.

Meta kellu 8 snin, intbagħat il-palazz ta’ Francesco Medici, flimkien ma ħuħ Rodolfo, bil-għan li itejjbu l-għarfien tagħhom tal-Latin u Taljan.  Matul is-sentejn li Alwiġi għamel fil-palazz, sab diversi kotba dwar il-ħajjiet tal-qaddisin kif ukoll dwar il-missjunarji Ġiżwiti ġewwa l-Indja; kien hawn li tnisslet fih il-vokazzjoni Ġiżwita.  F’l-istess ħin beda jinduna bl-ambjent ħażin li kien jinsab fih; kienu jidhqu bih għax ma riedx jieħu sehem f’ċelebrazzjonijiet bla rażan u imġieba ħażina.  Alwiġi beda jitlob u jsum kif ukoll iżomm ‘il bogħod mid-dnub.

Meta irritorna lura d-dar, sab lil Kardinal Karlu Borromeo (li huwa Qaddis ukoll).  Dan il-Kardinal kien mar iżżur il-familja ta’ Alwiġi u sar jaf li ta’ tnax -il sena, Alwiġi kien għadu ma’ għamilx l-ewwel tqarbina.  Il-Kardinal kien impressjonat bl-attitudni serja ta’ Alwiġi; ippreparah għall-ewwel tqarbina billi għallmu l-katekiżmu u iċċelebra l-Ewwel Tqarbina ta’ Alwiġi huwa stess.

Meta kellu 13-il sena, Alwiġi flimkien ma ħuħ marru Spanja ma’ missierhom fejn kellhom ikunu servjenti ta’ Ġakbu, bin Filippu II.  Din l-esperjenza kompliet isaħħaħ f’Alwiġi il-vokazzjoni Ġizwita tiegħu, kontra dak li xtaq missieru.

Meta wasal lura l-Italja, kien deċiż li jsir Ġiżwita, kontra ix-xewqa tal-familja tiegħu, b’mod speċjali kontra dak li ried missieru li kien joħlom dwar poter u glorja għal ibnu.  Missieru ma tahx permess biex issir Ġizwita.  Alwiġi irrinunzja il-ġid tal-familja u għaddih lil ħuħ.

Alwiġi daħal mal-Ġiżwiti fis-sena 1587, 3 snin wara mar Ruma biex jistudja għas-Saċerdozju.  F’dak iż-żmien fl-Italja waqa l-għaks u faqqgħet ukoll il-Pesta s-Sewda.  Alwiġi offra li jgħin fl-isptar tal-Ġiżwiti ma dawk milquta mill-pesta; waqt li kien qiegħed jgħin il-pazjenti morda, huwa ittieħed mill-marda u minħabba l-fatt li saħħtu kienet delikata, miet ftit taż-żmien wara fl-eta ta’ 23 sena, bl-Isem Imqaddes ta’ Ġesu’ fuq fommu.

Matul ħajtu kollha Alwiġi qatt ma waqaf jiffoka fuq Alla u jimxi fuq dak li ried minnu: li jħobbu u jħobb lil-proxxmu tiegħu.

San Alwiġi ġie iddikjarat patrun ta l-istudenti u aktar tard patrun taż-żagħażagħ Nsara.

Iddiskuti mat-tfal x’jammiraw f’San Alwiġi u kif hu iffoka fuq dak li ried Alla minnu; Li jħobb lil Alla u iħobb ukoll il-proxxmu tiegħu.  Enfasiżża fuq il-fatt li kien jitlob, jieħu id-doveri u l-istudju tiegħu bis-serjeta,  kien sod fil-prinċipji tiegħu u ma ħax sehem f’imġieba mhux xierqa.  Isma is-suġġerimenti tagħhom dwar kif jistgħu jimitaw lil San Alwiġi.

 Min hu l-proxxmu tiegħi?  Alla irid li inħobbu lil kulħadd anki lil dawk li mhumiex ħbieb tagħna jew differenti minna.

Ġesu’ qalilna parabbola (parabola hija storja b’tagħlima), biex jgħallimna minn hu il-proxxmu tagħna. Din il-parabbola hija msejjħa tas-Samaritan it-Tajjeb.  Din il-parabbola nistgħu insibuha fl-Evanġelju ta’ San Luqa (Lq. 10: 25-31).

Araw: ‘Parable of the Good Samaritan’  jew ‘The Good Samaritan’
 

Iddiskuti mat-tfal kif jistgħu ikunu bħas-Samaritan it-Tajjeb.

Ħin għat-Talb mal-Familja

  • Mexxi t-tfal f’talba għaż-żgħażagħ li qegħdin jistudjaw biex issiru saċerdoti; biex Alla jgħinhom fl-istudji tagħhom u jagħtihom il-kuraġġ biex ma jaqgħtux qalbhom.  (Jekk tafu b’xi żagħżugħ li qed jistudja għas-Saċerdozju, jistgħu jitolbu għalih).
  • Tistgħu titolbu l-ewwel Misteru tal-ferh flimkien, fejn niftakru meta il-Madonna qalet iva biex tkun Omm Ġesu’, bin Alla.

Kif tuża dan l-ispazju

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tal-qaddisin tal-Knisja. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk dwar x'inhi l-qdusija u li jħeġġuk tgħix ħajja dejjem aktar qaddisa.