Il-fidwa hi fil-qrib

L-Ewwel Ħadd tal-Avvent

Bdejna sena ġdida! Il-Knisja tibda s-sena fl-ewwel Ħadd tal-Avvent. Matul din is-sena nkunu qegħdin insegwu l-Evanġelju skont San Luqa. L-Avvent huwa żmien ta’ tħejjija għall-miġja tal-Mulej. F’dan iż-żmien il-Knisja terġa’ tagħtina l-opportunità, biex jekk matul il-ġimgħat u xhur li għaddew, aħna bridna fil-fidi tagħna, terġa’ tħeġġiġna biex inqumu u nishru biex meta jasal iż-żmien inkunu lesti u “nqumu quddiem Bin il-bniedem.”

X’inhi din il-miġja ta’ Ġesù li għandna bżonn inħejju għaliha? L-Evanġelju tal-lum, li bħala tema jirrepeti dik ta’ ħmistax ilu, jitkellem dwar it-tħejjija għal meta niltaqgħu ma’ Ġesù wiċċ imb’wiċċ. L-Avvent għalhekk ifakkarna li rridu mhux biss niftakru meta Ġesù sar bniedem bħalna u twieled f’Betlehem, imma li wkoll ta’ kuljum aħna rridnu nilqgħuh ġewwa qalbna u ħajjitna. Nilqgħu lil Ġesù ta’ kuljum f’dawk ta’ madwarna. Dak li nagħmlu mal-oħrajn, qed nagħmluh ma’ Ġesù. Din hija t-tħejjija tagħna għal-laqgħa tagħna miegħu, fl-aħħar żminijiet. 

Bħala nsara, aħna nemmnu li l-ħajja ma tispiċċax mal-aħħar nifs ta’ ħajjitna, iżda li wara aħna se nkunu fil-glorja tal-Ġenna. Għalkemm, kif jgħidilna Ġesù, ħadd ma jaf il-ħin u l-ġurnata, xorta rridu nħejju minn issa għaliha, għandna kemm għandna żmien. 

Il-rakkont li jagħti Ġesù fl-ewwel sentenzi li nisimgħu llum, huwa tal-biża’. Madanakollu, jekk aħna nkunu ppreparati, din il-biża tinbidel f’ferħ u f’tama, għax “il-fidwa tagħkom hi fil-qrib”, jgħidilna Ġesù. Ġesù ma jridx li jbeżżgħana, irid biss li ma nħallux l-affarijiet għaddejjin, imbagħad insibu li jkun tard wisq biex ninbidlu. Ma jridx li l-aljenazzjonijiet tad-dinja, jiġbduna lejhom u naqgħu fin-nassa tagħhom u ma nkunux lesti biex “nieqfu quddiem Bin il-bniedem.” Ġesù jrid iġib il-fidwa lill-bnedmin kollha. Ġesù lest li jifdina kollha, Ġesù ħallas bil-mewt tiegħu fuq is-salib biex aħna niksbu l-ħelsien tagħna. Hu jrid li aħna ngawdu dan il-ħelsien li kisbilna, billi nkunu ppreparati u lesti.

Kif se nħejju ruħna? Irridu bil-fors nieqfu u nevalwaw il-ħajja tagħna. Kulħadd jilmenta bil-ħajja mgħaġġla minn ħaġa għall-oħra. F’dan kollu, min hu fiċ-ċentru? Min qiegħed imexxina? Fuq xiex qegħdin nibbażaw id-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet tagħna? Meta qegħdin nieqfu biex inkunu mal-Mulej matul il-ġurnata? Ġesù jgħidilna noqgħodu attenti u ma nesaġerawx. Isemmi l-ikel u x-xorb u jsemmi wkoll il-ħsibijiet. Il-ħsibijiet żejda, inaqqsulna mit-tama u mill-ħeġġa għall-ħajja. Ġesù jgħidilna li fit-talb insibu l-qawwa li għandna bżonn biex “tkunu tifilħu tgħaddu minn kulma għandu jiġri.” It-talb jgħin biex ngħelbu l-ansjetà li tista’ xi kultant tirkibna minħabba deċiżjonijiet li nkunu rridu nieħdu, jew minħabba sitwazzjonijiet li nkunu għaddejjin minnhom. Ġesù ma jgħidilniex li l-inkwiet u taħbit ta’ kuljum se jispiċċaw, iwegħdna minflok, li jekk niffukaw il-ħsibijiet tagħna fuqu, jekk nafdaw fih u nitolbuh, ikollna l-qawwa biex naffaċċjaw is-sitwazzjonijiet iebsa u diffiċli tal-ħajja. Permezz tat-talb nirċievu l-għajnuna wkoll biex nagħrfu nagħżlu dak li hu verament importanti u ta’ ġid għalina u għall-familji tagħna.

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa (Lq 21, 25-28, 34-36)

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ikun hemm sinjali fix-xemx u l-qamar u l-kwiekeb. Il-ġnus fuq l-art, b’qalbhom ittaqtaq, ma jafux x’jaqbdu jagħmlu minħabba l-ħsejjes tal-baħar u tal-imwieġ; in-nies ruħhom ħierġa bil-biża’ billi jobsru xi jkun ġej fuq id-dinja, għax il-qawwiet tas-smewwiet jitqallbu.

Imbagħad jaraw lil Bin il-bniedem ġej fi sħaba, b’qawwa u glorja kbira. Meta jibda jseħħ dan kollu, qawwu qalbkom u erfgħu raskom, għax il-fidwa tagħkom hi fil-qrib.

Oqogħdu attenti, u qisu li l-ikel u x-xorb żejjed u s-sokor ma jmewtulkomx qalbkom, u tħallux li l-ħafna tħassib għall-ħtiġiet tal-ħajja jeħdilkom raskom, li ma ssibuhx dak il-Jum fuqkom għall-għarrieda. Għax hu Jum li għad jaqa’ bħal nassa fuq kull min jgħammar fuq wiċċ l-art kollha. Ishru, mela, u itolbu l-ħin kollu, biex tkunu tifilħu tgħaddu minn kulma għandu jiġri u tieqfu quddiem Bin il-bniedem”.

Il-Kelma tal-Mulej
Tifħir lilek Kristu

Istruzzjonijiet u għan

  1. Aqra sew l-Evanġelju biex issir aktar familjari miegħu.
  2. Aħseb dwaru u ara x’qiegħed jgħid lilek personali. Liema hi l-parti li l-aktar li laqtitek? Għaliex?
  3. L-Avvent jistedinna biex nieqfu u nagħmlu l-kontijiet magħna nfusna. X’inhuma l-prijoritajiet f’ħajtek? Kieku kellek tpoġġihom quddiem Ġesù, jaqbel ma’ dawn l-għażliet tiegħek? Għalfejn? 
  4. Jekk hemm affarijiet u attivitajiet li qed jeħdulek ħafna mill-ħin, u wara li rriflettejt fuqhom, qed tinduna li mhux qed jiswewlek ta’ ġid, kif tista’ tagħmel biex tieqaf minnhom u tuża dan il-ħin b’mod li jippreparak biex meta jasal iż-żmien tkun tista’ “tieqaf quddiem Bin il-Bniedem”?
  5. Flimkien mal-bqija tal-familja tiegħek, iddiskutu kif tistgħu tgħixu dan l-Avvent b’mod li jħalli l-frott, b’mod li jħejjikom biex lil Ġesù tilqgħuh ta’ kuljum fil-ħajja tagħkom.
  6. Flimkien bħala familja sibu ħin u post biex taqraw dan l-Evanġelju. L-ambjent jgħin ukoll, għalhekk qabel ma tibdew, fejn ser tiltaqgħu ppreparaw:
    i. Bibbja bil-qari minn San Luqa (21, 25-28, 34-36)
    ii. Il-girlanda tal-Avvent, tinxtegħel l-ewwel xemgħa vjola
    iii. Il-mejda fejn hemm il-Bibbja, miksija bi drapp vjola
    iv. Computer/laptop bil-qari u clips
  7. Mur fil-parti tat-tfal skont l-etajiet u għamilha flimkien magħhom
  8. Addatta din il-parti skont kif hemm bżonn, tiddejjaqx tkun kreattiv 😊
  9. Mur fil-parti Itlob id-dar għall-mument ta’ talb flimkien bħala familja

Is-sena t-tajba! Happy New Year!

Le m’għandix żball! Illum il-Knisja tiċċelebra l-bidu ta’ sena ġdida. Is-sena tal-Knisja ma tibdiex fl-1 ta’ Jannar, iżda fl-1 Ħadd tal-Avvent. L-Avvent huwa twil 4 ġimgħat u jgħinna biex nippreparaw għall-festa tal-Milied.  Illum fl-Evanġelju Ġesù wkoll jgħidilna li rridu nippreparaw, mhux biss għall-festa tal-Milied, imma għal xi ħaġa akbar u isbaħ ukoll.

  • Irridu nippreparaw għal meta niltaqgħu ma’ Ġesù
  • Maxtura tal-Bambin 
  • Strixxi tal-karti, erba’ kuluri differenti (ħodor, sofor, ħomor, blu, jekk tużaw kuluri oħra addattaw l-attività skont il-kuluri li jkollkom)

Tfal, intom qatt stedintu lill-ħbieb għal xi birthday party tagħkom, jew qatt ġew in-nanniet, zijiet u kuġini jieklu għandkom? X’tagħmlu qabel ma tasal il-ġurnata tal-party, jew il-ġurnata tal-ikla? (it-tfal jagħtu t-tweġibiet tagħhom)

Qabel xi okkażjoni bħal din irridu nippreparaw sew għaliha, inkella jaslu l-ħbieb, jew in-nanniet, iz-zijiet u l-kuġini u ma jkollna xejn lest! U dawn jiddispjaċihom. Huma jaħsbu li la nkunu stedinnihom, ser ikollna xi ħaġa speċjali ppreparata għalihom.

Ġesù jgħidilna li xi darba, hu ser jerġa’ jiġi fid-dinja. Imma ħadd ma jaf meta se tkun din il-ġurnata. Għalkemm ma nafux meta, Ġesù jgħidilna li rridu nippreparaw għaliha.

Tafu kif nistgħu nippreparaw għal meta jerġa’ jiġi Ġesù?

Aħna nippreparaw għal din il-ġurnata kbira, meta Ġesù jerġa’ jiġi, billi ngħixu kif jixtieqna hu. Tistgħu ssemmu xi affarijiet li Ġesù jridna nagħmlu?

Mela aħna nippreparaw lilna nfusna għal-laqgħa tagħna ma’ Ġesù, billi nitolbu, inħobbu lill-oħrajn, inkunu ħbieb ma’ kulħadd, ngħinu fid-dar u kull fejn inkunu. Għalkemm l-Evanġelju tal-lum, forsi kien xi ftit tqil biex nifhmuh, dan hu l-messaġġ li jrid jagħtina Ġesù: inħobbu lil Alla u lill-oħrajn, u nagħmlu dak li qalilna hu, u b’dan il-mod inkunu qegħdin nippreparaw għal meta xi darba niltaqgħu miegħu. Ġesù jgħidilna wkoll li meta nkunu qegħdin nibżgħu jew jiġrilna xi ħaġa kerha, aħna nistgħu nitkellmu miegħu, biex jagħtina l-għajnuna u l-kuraġġ. Kemm iħobbna Ġesù!

Għall-festa tal-Milied, narmaw il-presepju. Lil Ġesù npoġġuh fil-maxtura. Taħsbu li Ġesù kien komdu fuq dak it-tiben?

Intom tafu li meta nagħmlu xi ħaġa tajba, Ġesù jkun ferħan u kuntent? Għax kif għidna qabel, inkunu qegħdin nippreparaw għal meta jerġa’ jiġi. Matul il-ġranet tal-Avvent, se toqgħodu aktar attenti għal dak li tagħmlu. Imma għalkemm l-attività li ser tagħmlu matul dan l-Avvent tispiċċa fil-Milied, dak it-tajjeb li tagħmlu ibqgħu għamluh … hekk iridna nagħmlu Ġesù.

Se jkollkom bżonn maxtura tal-Bambin. Lill-Bambin, mhux se tpoġġuh fil-maxtura qabel il-Milied. Minflok se tippreparawlu sodda komda. Għandkom strixxi tal-karti, erba’ kuluri differenti: ħodor, sofor, ħomor, blu. Kull darba li titolbu, aqbdu strixxa ħadra u poġġuha fil-maxtura. Kull darba li tgħinu lil xi ħadd, fid-dar, fl-iskola, jew x’imkien ieħor, poġġu strixxa safra fil-maxtura. Kull meta tagħmlu xi ħaġa ħażina, li jiddispjaċikom li għamiltuha, itolbu skuża u poġġu strixxa ħamra fil-maxtura. Meta taqraw jew xi ħadd jaqralkom storja mill-Bibbja, poġġu strixxa blu fil-maxtura. Hekk sakemm jasal il-Milied, il-maxtura tal-Bambin Ġesù se tkun aktar komda, u mimlija bl-affarijiet sbieħ li għamiltu.

Illum rajna kif Ġesù ser jgħinna nippreparaw għal din il-laqgħa miegħu, mela Ġesù qisu bħat-triq li se jwassalna fejn irridu naslu! Ejjew inkantaw u niżfnu, One way,

Inroddu s-salib.

Ejja Mulej Ġesù u twieled ġo qalbi, jien irrid inħobbok aktar, jien irrid li inti tieħu gost b’dak li nagħmel u ngħid. Grazzi Ġesù. 

Introduzzjoni

Illum niċċelebraw l-ewwel Ħadd tal-Avvent. Illum il-Knisja tibda sena ġdida! L-Avvent huwa żmien speċjali li jgħinna nippreparaw għall-miġja ta’ Ġesù. L-Avvent iwassalna għall-festa tal-Milied. L-Evanġelju tal-lum, ma jitkellimx dwar meta Ġesù twieled f’Betlehem, iżda dwar meta Ġesù għandu jerġa’ jiġi. 

  • Ġesù għad jerġa’ jiġi; għalkemm ma nafux meta, irridu nibdew nippreparaw għal din il-laqgħa minn issa

Araw l-attività aktar l-isfel.

Intom tafu kif inhi mqassma l-Bibbja? 

Il-Bibbja maqsuma fi tnejn: it-testment il-qadim u t-testment il-ġdid. Fit-testment il-ġdid insibu l-ħajja ta’ Ġesù. Fit-testment il-qadim, naqraw dwar il-Poplu ta’ Alla li kien qiegħed jistenna l-miġja tal-Messija. Ħadd minn dawn in-nies ma kien jaf meta kellu jitwieled is-Salvatur, imma matul is-snin, il-profeti kienu jwissu u jgħallmu biex in-nies jippreparaw ruħhom għal dak iż-żmien. Tiftakru meta twieled Ġesù, kien hemm stilla ġdida u waslet l-għorrief għand Ġesù? Tiftakru meta miet Ġesù, kien hemm terremot kbir? Ġesù ma baqax mejjet, għax wara tlett ijiem, Ġesù qam mill-mewt. Fl-Evanġelju tal-lum, Ġesù jgħid li qabel ma jerġa’ jiġi se jkun hemm sinjali fis-sema. Ma nafux eżatt x’ser ikunu dawn is-sinjali, imma nafu żgur li dawn se jġibu magħhom aħbar sabiħa … Ġesù reġa’ ġej. Meta jerġa’ jiġi Ġesù, se naraw is-Saltna ta’ Alla, u morru ngħixu miegħu fil-ġenna. Ġesù ma jridx ibeżżgħana, irid biss li nippreparaw għal din il-laqgħa. Ġesù jrid li naħsbu u nagħmlu dak li jixtieq Alla, iridna nsiru nafu lil Alla u nħobbuh. Ġesù sar bniedem bħalna biex jgħallimna kif għandna ngħixu. Għalhekk għandna nsiru nafu kif għex Ġesù, biex inkunu nistgħu nagħmlu bħalu. Meta jirnexxielna nagħmlu dan, inkunu qed nippreparaw lilna nfusna biex niltaqgħu ma’ Ġesù.  

Ħafna drabi nippreparaw ruħna għal xi ħaġa. Kif tippreparaw għall-iskola? Kif tippreparaw id-dar meta jkun ġej xi ħadd għandkom? Kif tippreparaw biex toħorġu mal-familja tagħkom? 

X’jiġri jekk ma nippreparawx sew għal dawn l-affarijiet? 

X’jiġri jekk inħallu l-preparazzjonijiet tagħna għall-aħħar? 

Meta l-affarijiet ma jsirux sew, aħna nbagħtu l-konsegwenzi. Xi drabi dawn il-konsegwenzi ma jkunx sbieħ. Jekk ma nippreparax il-basket tal-iskola sew, u nħalli l-homework warajja, se jkun hemm konsegwenzi għal din it-traskuraġni tiegħi.  

Ġesù jħobbna ħafna, ma jridx li aħna ma nkunux ippreparati għal meta niltaqgħu miegħu. Iridna minn issa nippreparaw għal din il-ġurnata, anke jekk għad baqa’ ħafna snin biex tasal. X’tistgħu tagħmlu biex tippreparaw għal din il-laqgħa ma’ Ġesù? (l-eżempji li jagħtu għandhom jirriflettu kif isiru jafu lil Ġesù aktar: talb, quddies, qari mill-Bibbja, qrar u kif se jgħixu bħal Ġesù: jħobbu u jgħinu lill-oħrajn, jaħfru, iġibu l-paċi, jieħdu ħsieb il-ħolqien

Matul dan iż-żmien, ħafna jixtru l-kalendarju tal-Avvent u jkun fih iċ-ċikkulata u ħelu. Dan iżda mhux ser jgħinna biex nippreparaw biex nilqgħu lil Ġesù f’qalbna! Mod tajjeb kif nagħmlu dan huwa billi tmorru fir-riżorsi li hemm BeKids https://bekids.mt/rizorsi/?lang=mt, li huma marbutin mal-Avvent, u bejnietkom iddiskutu liema se tagħżlu biex flimkietn tippreparaw ruħkom għall-Milied. L-għażla f’idejkom! Ħudu gost, biex matul dawn il-ġranet issir tafu aktar lil Ġesù! 

Din is-song, Everybody Get Walkin’, tfakkarna dwar dak li għidna l-lum, li se nagħżlu li ngħixu bħal Ġesù u hekk nippreparaw għal dik il-ġurnata li niltaqgħu miegħu.  

Inroddu s-salib.

Mulej Alla, inti tant tħobbna li bgħatt lil Ibnek Ġesù biex isir bniedem bħalna. Bgħattu biex jgħallimna nħobbuk u nħobbu lill-proxxmu tagħna wkoll. Għinna nippreparaw għal meta niltaqgħu miegħu u niġu ngawduk fil-ġenna. Ammen. 

1. Skont l-Evanġelju tal-lum, Ġesù jħabbar li fl-aħħar taż-żminijiet, meta hu jkun wasal biex jerġa jiġi, il-qawwiet tas-smewwiet....

Correct! Wrong!

2. Ġesù jgħid li meta jasal dak il-waqt, in-nies fid-dinja jaraw lil xi ħadd ġej fi sħaba, b'qawwa u glorja kbira. Min ikun dan li jkun ġej?

Correct! Wrong!

3. Lid-dixxipli tiegħu Ġesù mhux biss wissiehom iżda għamlilhom kuraġġ u qalilhom li kif jiġru dawn l-affarijiet, xi ħaġa li tkun tajba għalihom tkun fil-qrib. Liema hi din il-ħaġa?

Correct! Wrong!

4. Wieħed mill-mezzi l-aktar importanti li Ġesù jagħti lid-dixxipli biex huma jippreparaw ruħhom għal dak li kellu jiġri, huwa....

Correct! Wrong!

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż bil-qari mill-Bibbja fil-Quddiesa. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet marbuta mal-qari tal-Quddiesa tal-Ħadd u li għandhom jispirawk tgħix kuljum dan il-qari mill-Bibbja.