Ħellow Tfal!
Ġieli kont f’ xi lezzjoni tax-xjenza u qalulek kif issir ix-xita? Jew kont f’ xi ġurnata tas-sajf u tinduna kemm huwa importanti l-ilma meta jaqbadna l-għatx? L-ilma huwa importanti ħafna fil-ħajja, mhux biss għax nixorbuh, imma permezz tiegħu naħslu u naddfu, nsaqqu u nkabru. Nhar l-10 ta’ Novembru hija l-ġurnata dinjija għax-xjenza favur l-paċi u l-iżvilupp. Bħalma l-ilma huwa importanti għall-ħajja, l-istess ix-xjenza – mingħajr ix-xjenza ma niskoprux mediċini ġodda, modi ta’ fejqan ġodda jew nsiru nafu b’ affarijiet li qed jikkawżaw ħsara lilna u lid-dinja.
Għalhekk l-prayer space tal-lum jisimha Xita u xjenza, u għaliha għandna bżonn vażett kbir, krema tal-leħja, kulur tal-ikel, u pipetta.
Imla l-vażett tlett kwarti bl-ilma u f’ tazza separata itfa ftit ilma u miegħu ħallat l-kulur tal-ikel. Kompli imla l-vażett bil-krema tal-leħja. Aqbad l-pipetta u ibda ħu l-ilma ikkulurit u itfgħu fuq l-krema tal-leħja.
L-istess bħal meta l-isħab fis-sema jimtela b’ħafna ilma u tibda nieżla x-xitwa, meta s-shaving cream jimtela, dan jibda jniżżel l-ilma ikkulurit bħax-xita.
Wara li tosserva dan l-esperiment, inġabar ftit u itlob talba ta’ tifħir lil Alla – faħħar lil Alla tax-xita, tal-ħolqien u fuq kollox tax-xjenza u x-xjentisti. Itolb sabiex jkompli jkattar iżjed xjentisti intelliġenti li jibżgħu għall-ħajja.
Saħħa tfal! Sakemm nerġgħu niltaqgħu.