Santa Tereża tal-Bambin Ġesù

L-1 t’Ottubru

Santa Tereża tal-Bambin Ġesù hi magħrufa wkoll bħala Santa Tereża ta’ Lisieux, “il-fjura ż-żgħira” u wkoll Santa Tereża “tal-ward.”

Tereża kienet tara lilha nnifisha bħala “fjura żgħira ta’ Ġesù” għax qabblet lilha nnfisha ma’ fjura żgħira selvaġġa li tikber mingħajr ħadd ma jinduna biha, iżda li tibqa’ tikber u tagħti glorja lil Alla fis-sempliċità tagħha.  Hija stqarret li wara mewtha kienet se twaqqa’ “xita ta’ ward” mis-sema, għax anke wara mewtha  riedet tkompli twettaq il-missjoni tagħha li twassal biex Alla jiġi maħbub.

Ftit snin qabel mewtha, Tereża kitbet l-awtobijografija tagħha: “L-Istorja ta’ Ruħ” li hi kitbet b’ubbidjenza tal-konfessur, irrevelat lid-dinja s-sbuħija meraviljuża tal-ħajja interjuri li fil-kas tagħha lanqas is-sorijiet sħabha ma kienu ndunaw biha. Dan il-ktieb hu magħruf mad-dinja kollha u mfittex minn kull kategorija ta’ nies.

Santa Tereża hija magħrufa wkoll għall-“Mixja ż-Żgħira” tagħha.  Hi għexet ħajjitha bl-aħjar mod li setgħet tgħixha, tafda dejjem fl-imħabba u fil-ħniena t’Alla, bħal tifla żgħira.

Enjoy the videos and music that you love, upload original content and share it all with friends, family and the world on YouTube.

Meta kienet tifla, Tereża kienet pjuttost imqarba u rasa iebsa, u kienet tirrabja meta l-affarijiet ma jmorrux kif trid hi.  Ħeġġeġ lit-tfal biex jidentifikaw ruħhom ma’ dawk il-karatteristiċi negattivi li kellha Santa Tereża fi tfulitha.  Ħallihom jitkellmu dwar sitwazzjonijiet fejn huma wkoll aġixxew bl-istess mod. Dan jista’ jkun l-ewwel pass lejn l-għarfien tagħhom infushom billi jirrikonoxxu n-nuqqasijiet tagħhom. Dan jgħinhom jirrealizzaw li, meta kienet tifla, Tereża setgħet iġġib ruħha b’ċerti modi li bihom iġibu ruħhom huma kultant. Iddiskuti magħhom x’wassalha biex tinbidel.

Il-“Mixja ż-Żgħira” ta’ Santa Tereża kienet tinvolvi li “nagħmlu affarijiet żgħar b’mod kbir,” billi nagħmluhom b’imħabba kbira. Involvi lit-tfal f’diskussjoni dwar kif, bħala familja, nistgħu nimxu fuq il-“Mixja ż-Żgħira” – billi nagħmlu dak li hemm bżonn isir, mingħajr dewmien u mingħajr tgergir, kemm jekk jogħġobna u kemm jekk le, jew kemm jekk inħossuna lesti għalih u kemm jekk le – u billi nitolbu lil Ġesù jgħinna meta nsibuha diffiċli biex nagħmlu dan.

Minbarra li ġiet ipproklamata Duttur tal-Knisja (titlu mogħti lil xi qaddisin għat-tagħlim u għall-qdusija tagħhom), hi wkoll meqjusa bħala l-qaddisa Patruna tal-Missjoni. Anke jekk hi stess qatt ma kienet missjunarja, Santa Tereża talbet ħafna u offriet it-tbatijiet tagħha għall-bżonnijiet tal-missjunarji. It-tfal ukoll għandhom jiġu mħeġġa biex isegwu dan l-eżempju ta’ Santa Tereża. Tista’ tikkunsidra wkoll li tgħin lit-tfal f’pajjiżi fqar permezz ta’ organizzazzjonijiet bħall-Missio. It-tfal stess jistgħu jwarrbu xi flus milli jaqilgħu biex imorru għal dan il-għan. Tista’ wkoll tgħin xi tifel u tifla b’korrispondenza li tista’ tkun proġett għall-familja kollha u li tista’ tibda f’Jum il-Missjoni.

Ħin tat-Talb mal-Familja:

Għin lit-tfal jibdew talba personali b’dan il-kliem: “Grazzi Ġesù talli tgħini meta ____ (insibha diffiċli biex niżbarazza l-kamra tiegħi, nobdi mill-ewwel, nerġa’ nagħmel ħbieb ma’ min inkun iġġilidt, per eżempju).”

Sa minn età żgħira ħafna, Tereża xtaqet issir qaddisa. Fl-età ta’ 15-il sena, daħlet fil-Monasteri tal-Karmelitani wara li kisbet permess mill-Papa Ljun XIII. Għalkemm matul ħajjitha ffaċċjat diffikultajiet biex issib il-vokazzjoni vera tagħha, hija għexet ħajja qaddisa billi għamlet kollox bl-imħabba u f’fiduċja sħiħa f’Ġesù. Maż-żmien, indunat li l-vokazzjoni tagħha — dik li taqdi lil Alla — kienet tikkonsisti fl-imħabba.

Enjoy the videos and music that you love, upload original content and share it all with friends, family and the world on YouTube.

Għall-attività tal-lum, ħsibna biex nuru l-imħabba tagħna lejn l-oħrajn. Ara ftit din ir-riċetta u aħmi biskuttini forma ta’ qalb mal-familja tiegħek!

Meta jibirdu, aħseb u ikteb lista ta’ wħud min-nies li jew huma weħidhom jew għaddejjin minn mument diffiċli. Wara, ikteb talba żgħira u itfa’ ftit mill-biskuttini u t-talba li ktibt f’borża, u għati borża lil kull minn niżżilt fil-lista. B’hekk nuru lil dawn in-nies li aħna nħobbuhom, u li Alla jħobbhom!

Kif tuża dan l-ispazju

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tal-qaddisin tal-Knisja. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk dwar x'inhi l-qdusija u li jħeġġuk tgħix ħajja dejjem aktar qaddisa.