
San Ġwakkin u Sant’Anna kienu l-ġenituri tal-Madonna u n-nanniet ta’ Ġesù. Isimhom ma jissemmiex fl-Bibbja, imma hu bbażat fuq tradizzjoni li tinsab fil-kitbiet magħrufa bħala Apokrifi. Madankollu, kellhom rwol kruċjali fil-pjan ta’ Alla għas-salvażżjoni għall-umanità.
Kien permezz tagħhom li Marija kellha l-bidu tagħha bħala l-unika persuna mingħajr id-dnub oriġinali. Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni nhar it-8 ta’ Diċembru.
Dawn iż-żewg qaddisin huma meqjusa bħala l-patruni tan-nanniet u tal-anzjani.
Dawn huma omm il-Madonna u n-nanniet ta’ Ġesù! Huma kienu jitolbu ħafna u kienu familja sabiħa ħafna, tant li Alla bagħtilhom lil Marija, dik li kellha tkun Omm Ġesù!
Dawn iż-żewġ persunaġġi, għalhekk, huma marbuta mal-imħabba tan-nanniet lejn in-neputijiet u viċi versa.
