Santa Luċija

13 ta' Diċembru

Santa Luċija għexet bejn is-sena 283 u 304.  Ħafna mid-detalji tal-ħajja ta’ din il-qaddisa ġew mitlufa. Dak li nafu fuq Santa Luċija huwa li twieldet il-belt ta’ Sirakuża ġewwa Sqallija f’familja sinjura u nobbli.  Missierha kien Ruman, waqt li ommha kienet Griega.  

F’l-eta ta’ ħames snin, Santa Luċija tilfet lill-missierha u minħabba f’hekk Santa Luċija, flimkien ma’ ommha kellhom ifendu għal rashom.

F’dak iż-żmien, Sqallija kienet taħt L-Imperatur Dioklezjanu li beda jippersegwita lill-Insara fil-fatt kienet kontra l-ligi li tkun Nisrani.

Santa Luċija saret Nisranija u ikkonsagrat lilha inifisha lill-Alla.  Fl-istess żmien ommha mardet, u billi riedet lill-bintha ikollha futur sigur irranġatilha biex tiżżewweġ żagħżugħ minn familja pagana sinjura.

Santa Luċija stqarret quddiem ommha li kienet ikkonsagrat lillha inifisha lill-Alla u li qalbha kienet għal Ġesu’ biss; xtaqet ukoll li id-dota tagħha tingħata lill-foqra.  Il-Fidi ta’ Santa Luċija ikkonvinċiet lil ommha biex tmur pelligrinaġġ sa Catania bil-għan li titlob l-interċessjoni ta’ Sant’ Agata biex tfieq mill-mard tagħha.  F’dak iż-żmien Santa Luċija kellha dehra ta’ Sant’ Agata li ħabbritilha l-fejqan ta’ ommha.  Eventwalment ommha fieqet u reġgħet ħadet saħħitha.

F’l-istess żmien, Santa Lucija baqgħet tirrifjuta li tiżżewweġ liż-zagħżugħ Ruman.  Fl-aħħar akkużaha li kienet Nisranija quddiem il-gvernatur ta’ Sirakuża.  Hija ġiet arrestata u ġiet ordnata biex tqim ix-xbieha tal-imperatur bħala sinjal li ticħad il-Fidi Nisranija f’Ġesu’ Kristu.Santa Luċija irrifjutat li tiċħad il-Fidi Nisranija u minħabba f’hekk ġiet ikkundanata għall-mewt.  Il-kundanna tagħha kienet li tiġi maħruqa ħajja, imma l-injam ma riedtx jaqbad u minħabba f’hekk qatluha b’xabla, fl-eta ta’ 21 sena.

Hija sfida f’dawn iż-żminijiet biex nagħlmu it-tfal dwar il-ferħ li nħossu meta nagħmlu karita ma’ ħaddieħor meta is-soċjeta tgħidilna biex niġbdu lejna.

  • Ħudu l-opportunita’ biex tippjanaw ‘programm ta’ għoti lill-karita’ fi żmien tal-Avvent.
  • Ħeġġeġ lit-tfal biex jaqsmu l-ġugarelli u l-ħin tagħhom (li is-soltu iqattu fuq it-tablet eċċ) ma ħuthom, ħbieb jew membri oħra tal-familja.
  • Skopri jekk fil-parroċċa tagħkom hemmx xi innizjativa li jagħtu Rigali lit-tfal fl-istituti jew jiġbru ikel għal dawk li m’ghandomx.  Għin lit-tfal jixtru u igeżwru rigal jew jixtru xi ħaġa tal-ikel biex tingħata lill minn hu fil-bżonn.          

Il-festa ta’ Santa Luċja hija magħrufa bħala il-festa ta’ dwal.  L-isem Luċija iffisser ‘dawl’.  Skont it-tradizzjoni, jingħad li Santa Luċija kienet toħroġ tqassam l-ikel lill-Insara li kienu ikunu mistoħbija.  Meta kien jidlam,  kienet toħroġ b’kuruna fuq rasha imdawwra bix-xemgħat biex tkun tista tara fejn hi sejra filwaqt li idejha kienu ikunu liberi biex iżżommu l-ikel.  Minnbarra f’hekk, il-jum tal-festa tagħha, it-tlettax ta’ Diċembru, ifakkarna ukoll li wasal it-twelid ta’  Sidna Ġesu’ Kristu ‘id-Dawl tad-Dinja’.  Meta niċċelebraw il-festa tagħha permezz ta’ dawl u xemgħat, Santa Luċija tkun qed turina li għandna inkunu ‘id-dawl ta’ Kristu’ lil dawk ta’ madwarna.

Iddiskuti mat-tfal kif jistgħu jaqsmu ‘id-Dawl ta’ Kristu’, kull fejn ikunu permezz tal-mod li jgħixu, il-mod kif jitkellmu, fil-familja, mal-ħbieb u ma’ persuni oħra.  

Il-ħin tat-talb fil-familja għandu jkun mument ta’ ferħ f’dan iż-żmien ta’ stennija għat-twelid ta’ Ġesu’ Bambin.  Meta tixgħelu il-girlanda tal-Milied għamluha b’mod li tkun esperjenza ta’ talb billi tkantaw ‘Ejja, Ejj’Emmanuel’ waqt li tkunu qed tixgħelu ix-xemgħa tal-girlanda Ejja, Ejj’Emmanuel.

Kif tuża dan l-ispazju

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tal-qaddisin tal-Knisja. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk dwar x'inhi l-qdusija u li jħeġġuk tgħix ħajja dejjem aktar qaddisa.