Atanasju, huwa Qaddis u Duttur tal-Knisja, li permezz tal-kitba tiegħu iddefenda id-duttrina tal-Knisja ta’ żmienu, kif ukoll iffurmat il-futur tal-Knisja, minbarra f’hekk huwa magħruf bħala figura important u fl-istorja bħala patrijot Eġizzjan.
Huwa twieled fis-sena 293 jew 296 f’Lixandra ġewwa l-Eġittu fejn ircievha l-edukazzjoni tiegħu fil-grammatika, letteratura Griega, teoloġija u filosofija. Din it-tip ta’ edukazzjoni tindika li il-familja kienet probabilment Nisranija, magħrufa u sinjura.
Jingħad li ġurnata waħda, Atanasju u sħabu bdew jilgħabu ‘tal-Knisja’ u taparsi bdew jamministraw is-sagrament tal-magħmudija, dawn rahom l-Isqof Xandru li tant kien impressjonat, li bagħat għas-subien u iddeċieda li jippreparahom għas-Saċerdozju.
Eventwalment, Atanasju, ġie ordnat djaknu u inħatar segretarju ta’ l-Isqof Xandru. F’din il-pożizzjoni, Atanasju kien jakkumpanja u jgħin lill-Isqof fl-isforzi tiegħu kontra Arju, saċerdot fil-Knisja ta’ Lixandra, li kien jicħad id-Divinita’ ta’ Ġesu’ Kristu bħala l-Iben ta’ Alla. Twemmien li kien il-bidu ta’ l-Arjaniżmu li nxterred qalb il-fidili, u kienet kawża ta’ firda u konflitti fil-Knisja.
Bħala segretarju ta’ l-Isqof, kien preżenti għal Konċilju ta Niċea, fejn il-Kredu li afferma d-Divinita ta’ Kristu u twemmien f’Alla Wieħed fi Tlett Persuni, Missier, Iben u Spirtu Santu ġie aċċetat bħala il-Kredu tal-Knisja.
Wara l-mewt ta’ l-Isqof Xandru, Atanasju sar l-Isqof ta’ Lixandra. Huwa kien deskritt bħala bniedem enerġetiku, li tieħu gost titkellem miegħu, kellu wkoll sens umoristiku. Iżda kien ukoll spontanju u kuraġġuż waqt xi dibattitu.
Matul l-Episkopat tiegħu, huwa kompla jiġġieled kontra L-Arjaniżmu, żamm sħiħ kontra l-akkużi u theddid minn kull naħa. Atanasju kien Isqof ta’ Lixandra għal 45 sena, li 17 minnhom għexhom fl-eżilju, anki għamel 6 snin mistoħbi fid-deżert ma grupp ta’ eremiti. Fil-fatt huwa ġie eżiljat 5 darbiet minn 4 Emperaturi Rumani għax kienu jissimpatiżżaw mat-twemmien Arjan.
Atanasju miet fis-sena 373, qatta l-aħħar ftit snin ta’ ħajtu fil-paċi, meta ġie meħlus minn kull akkuża.