San Franġisk t’Assisi

4 t’Ottubru

San Franġisk ta’ Assisi ħafna drabi hu ppreżentat imdawwar bl-għasafar, bis-siġar, bil-fjuri, bix-xemx u bil-qamar.  Iżda dak li ħallielna warajh San Franġisk, għal żminijietna, jmur lil hinn minn kunċetti romantiċi ta’ fjuri u għasafar.

San Franġisk waqqaf tliet ordnijiet: il-Patrijiet Franġiskani, il-Klarissi u l-Franġiskani Sekulari (irġiel u nisa lajċi li jagħżlu li jsegwi r-Regola Franġiskana).

Meta l-Kardinal Jorge Mario Bergoglio laħaq Papa hu għażel l-isem ta’ Franġisku. Hu kien jiffirma d-dokumenti kollha tal-Knisja bħala ‘Franciscus’. Meta staqsewh għaliex għażel dan l-isem, ir-raġuni li ta’ kienet li San Franġisk ta’ Assisi kien “bniedem ta’ faqar, bniedem ta’ paċi, r-raġel li jħobb u jipproteġi lill-ħolqien.”

Enjoy the videos and music that you love, upload original content and share it all with friends, family and the world on YouTube.
Enjoy the videos and music that you love, upload original content and share it all with friends, family and the world on YouTube.

Xi tfisser li tkun fqir? Ħu l-opportunità biex tiddiskuti mat-tfal il-kwistjoni tal-faqar fuq żewġ livelli: i) l-għarfien li l-faqar huwa problema li ħafna pajjiżi madwar id-dinja jridu jiffaċċjaw, u li nies li jgħixu fil-faqar ma jifilħux jixtru l-ikel, li jkollhom dar diċenti, jixtru ħwejjeġ u żraben ġodda, u lanqas saħansitra l-mediċini li jista’ jkollhom bżonn, ii) ma’ tfal ikbar, tista’ tħeġġiġhom ifittxu dwar pajjiżi li għandhom rata għolja ta’ faqar.

F’dinja li donnha qegħda kontinwament f’tellieqa għal kull xorta t’akkwist materjali, qatt mhu kmieni wisq biex tibda tgħallem lit-tfal japprezzaw l-affarijiet sempliċi tal-ħajja.  Tista’ trawwem il-virtù tal-faqar fit-tfal billi:

  • tgħinhom isiru aktar konxji li biex itejbu l-immaġni tagħhom mal-oħrajn mhux bilfors tfisser li tixtri ħwejjeġ u affarijiet li jiswew ħafna flus.
  • tispjegalhom ma jarmux affarijiet li għadhom jaħdmu jew għadhom tajbin;
  • turihom kif jistgħu kemm jista’ jkun ma jarmux ikel iżda jitgħallmu jagħmlu użu mill-fdalijiet tal-ikel;
  • tgħallimhom ma jkunux fitti fl-ikel li jieklu.

Ma’ tfal ikbar tista’ titkellem magħhom, b’mod sempliċi, fuq kif jistgħu jagħmlu użu aħjar tal-ftit flus li jingħataw.

L-imħabba li San Franġisk kellu għall-ħolqien tħeġġiġna napprezzaw l-ambjent tagħna aktar u li noqogħdu attenti biex nipproteġu r-riżorsi naturali u s-sbuħija tan-natura li ħalaq Alla. Dan hu dak li spira lil Papa Franġisku jikteb fuq il-ħarsien tad-“dar komuni” tagħna f’dokument tal-Knisja (li jissejjaħ Enċiklika) bit-titlu “Laudato Si’,” frażi meħuda mill-kitbiet ta’ San Franġisk.

F’ħafna sistemi edukattivi, it-tfal qed jiġu mgħallma dwar l-importanza li jieħdu ħsieb l-ambjent. Attitudnijiet mgħallma fl-iskola, iżda, jeħtieġ li jiġu appoġġjati, imħeġġa u mwettqa fil-prattikita d-dar. Inkoraġġixxi s-separazzjoni tal-iskart. Ibża’ għall-ilma u għall-elettriku, billi, per eżempju, tagħlaq il-vit waqt li taħsel snienek u li titfi t-televiżjoni meta ma jkun hemm ħadd jarah. Tużax il-karozza meta tista’ timxi. Irriċikla oġġetti li jistgħu jerġgħu jintużaw, bħal rombli tal-karti għall-arti, vażetti tal-ħġieġ, kontenituri tal-plastik u oħrajn simili.

Il-Franġiskani għandhom id-drawwa – sa minn żmien San Franġisk stess – li jsellmu lil xulxin bil-frażi “Pax et Bonum” (Paċi u Saħħa). Staqsi lit-tfal dwar x’jiġi  f’moħħhom meta jisimgħu l-kelma “Paċi.” Xi nkunu qegħdin infissru meta lejn l-aħħar tal-Quddiesa nagħtu l-paċi lil xulxin, u meta fl-aħħar il-qassis jgħidilna: “Morru fil-Paċi ta’ Kristu”? Dawn il-mistoqsijiet jistgħu jkunu ta’ għajnuna għat-tfal l-aktar meta jinqala’ l-ġlied fil-familja u mal-ħbieb. Tista’ tagħmel poster bil-kliem “Paċi u Saħħa,” imżejjen bi stampi tal-ħolqien.

Ħin tat-Talb tal-Familja:  ħeġġeġ lit-tfal ifasslu t-talb tagħhom stess ta’ tifħir u radd il-ħajr lil Alla għall-Ħolqien: għax-xemx, għall-qamar, għar-riħ, għax-xita, għall-baħar, għall-għasafar u l-għana tagħhom, għall-fjuri u l-kuluri sbieħ u l-irwejjaħ differenti tagħhom u tant affarijiet oħra. Fil-fatt, din hi tip ta’ talba fl-ispirtu tat-Talb Franġiskana!

Wara kantaw innu ta’ Tifħir lil Alla.

San Franġisk twieled f’familja sinjura ħafna. Minħabba l-ħajja ħażina u d-deċiżjonijiet tiegħu, spiċċa l-ħabs. Kien proprju f’dan iż-żmien li rrealizza li ma kienx qed jgħix kif suppost, u wara dan, ikkonverta. San Franġisk għex ħajja sempliċi ħafna, għen lill-foqra u ħadem biex ixerred il-Kelma ta’ Alla u l-imħabba Tiegħu. Kien San Franġisk li ħoloq ix-xena tal-presepju. Barra minn hekk, huwa magħruf sew għall-imħabba tiegħu lejn l-annimali.

Enjoy the videos and music that you love, upload original content and share it all with friends, family and the world on YouTube.
Enjoy the videos and music that you love, upload original content and share it all with friends, family and the world on YouTube.

Bħal San Franġisk, dil-ġimgħa nuru l-imħabba tagħna lejn l-annimali. Iddedikaw ftit ħin biex tmorru f’santwarju tal-annimali flimkien mal-familja, u tkunu t’għajnuna għall-voluntiera li jaħdmu ħafna biex jieħdu ħsieb dawn is-santwarji u l-annimali ta’ ġo fihom. Jekk bħala familja ma tistgħux tmorru ġo santwarju, tistgħu tieħdu ħsieb tagħtu ikel lil xi qtates li jgħixu barra fit-triq qrib fejn toqogħdu, u forsi tistgħu tagħmlu kenn – b’kaxxi ta’ daqs differenti, per eżempju – għal dawn il-qtates. Jekk id-dar  għandkom xi annimali, qattgħu aktar ħin magħhom! Kull ħlejqa jistħoqqilha l-imħabba! Tinsewx tiktbu ftit sentenzi dwar l-esperjenzi tagħkom mal-annimali u żżejnuhom, u aħna ntellgħuhom fuq is-sit tagħna!

Kif tuża dan l-ispazju

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tal-qaddisin tal-Knisja. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk dwar x'inhi l-qdusija u li jħeġġuk tgħix ħajja dejjem aktar qaddisa.