San Stiefnu

27 ta’ Diċembru

L-istorja ta’ San Stiefnu tinsab fil-ktieb tal-Atti Tal-Appostli, fil-Kapitli 6 u 7. Hu għex xi ftit snin wara l-mewt u l-Qawmien ta’ Ġesù. Hu maħsub li kien Lhudi Grieg li kkonverta mit-twemmin Lhudi għall-Kristjaneżmu.

F’dawk is-snin bikrin tal-Knisja, il-Kristjaneżmu ma kienx reliġjon popolari għax il-Lhud kienu jħossu li kien ta’ theddida għal dak kollu li minn dejjem emmnu u pprattikaw. Kien hemm riskju kbir li wieħed jippriedka dwar Ġesù.  In-numru ta’ Kristjani kompla jikber u fforma komunità mimlija mħabba li kienet tieħu ħsieb il-foqra u r-romol, speċjalment billi tipprovdilhom l-ikel. 

Stiefnu ntgħażel  bħala wieħed mis-seba’ djakni nkarigati li jorganizzaw u jqassmu l-ikel lir-romol Griegi. Barra minn hekk, kien  ukoll predikatur tajjeb.  In-nies kienu jmorru warajh biex jisimgħuh jitkellem dwar Ġesù u t-tagħlim Tiegħu, kif ukoll dwar il-Mewt u l-Qawmien Tiegħu. Il-mexxejja Lhud qalu l-gideb dwaru; ħaduh għall-proċess u akkużawh bi blasfemija. Stephen baqa’ sod u akkużahom li kienu huma l-kawża tal-mewt ta’ Ġesù. Huma mxew mal-liġi Lhudija u kkundannawh għall-mewt billi ħaġġruh.

Hu sar l-ewwel martri Nisrani meta kellu madwar tletin sena. Il-Knisja tiċċelebra l-festa ta’ San Stiefnu ġurnata wara l-Milied. Hija ċelebrazzjoni li tfakkar lil San Stiefnu, li offra ħajtu bħala xhud, billi żamm  sod ma’ dak li kien jemmen fih:  li dik it-tarbija speċjali fil-maxtura kienet l-Iben ta’  Alla li sar Bniedem għas-salvazzjoni tagħna.   

M

Waqt it-tfulija,  it-tfal normalment ma jiltaqgħux ma konflitti serji.  Iżda żgurli ser jerperjenzaw sitwazzjonijiet fejn iħossuhom imweġġgħin minn xi ħabib, jew fejn jiġu mwarrbin.

  • Ħeġġeġ lit-tfal jitkellmu dwar l-esperjenzi tagħhom billi toffrilhom mumenti ta’ kwiet u attenzjoni sħiħa, u billi tkun lest li tismagħhom.
  • Evita li tnaqqas mill-importanza tat-tħassib tagħhom; dak li lilna jidher trivjali, għalihom jista’ jkun ‘traġedja vera’ għalihom.

It-tfal ibatu ħafna meta kunflitti sempliċi jeskalaw fi kliem insultanti u t-twaqqigħ għaċ-ċajt, meta jixxerrdu gideb dwarhom, jew – agħar minn hekk – meta jiġu mbuttati jew imsawta.

Ħu din l-opportunità biex tiddiskuti magħhom l-istrateġiji li jistgħu jadottaw biex isolvu s-sitwazzjoni.

Ikkunsidra li tissuġġerilhom ir-regola tal-ħames swabaʼ:

  • Injora
  • Warrab
  • Spjega
  • Ieqaf
  • Staqsi lil adult.

Tista’ tiddeċiedi li tikteb dawn is-suġġerimenti u oħrajn fuq biċċiet tal-karti , iżżommhom ġo vażett u toħroġ waħda minnhom meta jinqalgħu sitwazzjonijiet ta’ kunflitt. Waqt li n-nies kienu qed iħaġġru lil Stiefnu għall-mewt, huwa talab lil Alla biex jaħfrilhom għax ma kienux jafu x’inhuma jagħmlu.

Mhux faċli għat-tfal li jifhmu l-kunċett tal-maħfra, ikunu lesti li jaħfru, jammettu li żbaljaw u jitolbu maħfra billi jiskużaw ruħhom.

Ħu l-opportunità biex tiddiskuti mat-tfal “il-pedamenti” tal-maħfra, sabiex ikomplu jiżviluppawhom huma u jikbru.

Iddiskuti magħhom:

“Faċli taħfer?” u “Għalfejn għandna naħfru?”,
“Qatt ġejt maħfur?”
u “Kif ħassejtek?”
“Kif tista’ tibda turi li inti ħfirt?”

Ġesù wriena li Alla il-ħin kollu jaħfrilna. Hu dejjem jilqagħna b’idejh miftuħa meta nuruh li jiddispjaċina, meta naħfru lill-oħrajn.

Aqralhom il-parabbola tal-Iben il-Ħali mill-Bibbja għat-Tfal u spjegalhom kif Alla dejjem jaħfer b’dal-mod.

Waqt il-ħin tat-talb tal-familja, ħeġġeġ lit-tfal biex:

  • Jistqarru l-fidi tagħhom li Ġesù Bambin huwa l-Iben ta’ Alla.
  • JirringrazzjawH talli sar wieħed minna.
  • Jitolbu lill-Madonna u lil San Ġużepp biex jieħdu ħsiebhom bħalma ħadu ħsieb u ħarsu lil Ġesù waqt li kien qed jikber.
  • Jitolbu lil Ġesù biex jagħtihom l-qawwa  biex naħfru lill-oħrajn u biex ma nkunux kburin wisq biex nitolbu maħfra.

Kantaw  flimkien “Joy to the World” jew kwalunkwe għanja oħra tal-Milied li tesprimi l-ħsibijiet u s-sentimenti tagħkom f’dan il-jum!

San Stiefnu kien magħżul bħala wieħed mis-seba’ djakni. Hu ħa riskju kbir biex ixandar il-Kelma ta’ Ġesù. Stiefnu sar l-ewwel martri fil-Knisja.

Pebbles In The Sea!

Aħseb f’xi ħadd li int taħseb li jgħir għalik u li int taħseb li mhux ħabib veru. Ikteb ismu fuq ċagħaqa u għid talba għalih. B’din l-azzjoni int qed tħalli jgħaddi l-passat, titlob għal min dejqek u tibqa għaddej.

Kif tuża dan l-ispazju

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tal-qaddisin tal-Knisja. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk dwar x'inhi l-qdusija u li jħeġġuk tgħix ħajja dejjem aktar qaddisa.