Xewqat u ħolm

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-ħolm u xewqat tiegħi

Ħelow Tfal!

Minjaf kemm-il darba tkellimtu, għamiltu xi komponiment jew ħadtu sehem f’xi kompetizzjoni dwar x’tixtiequ ssiru la tikbru, u minjaf kemm ħsibijiet għaddew minn moħħkom! Din hija waħda mix-xewqat li wieħed ikollu. Żgur li kull wieħed u waħda minna għandna xewqat u ħolm li nixtiequ li jseħħu, anke jekk forsi bħalissa qed narawhom impossibli jew għadhom f’qalbna u għadna ma esprimejniehomx.

Il-prayer space li ser nagħmlu flimkien jisimha Xewqat u Ħolm.

Għaliha għandna bżonn:

  • il-mudelli “Ix-Xewqat Tiegħi ….Il-Ħolm Tiegħi.” jew oħloq il-verżjoni tiegħek. 
  • pinna, lapes, kuluri u markers
  • qoffa

Ġesu’ jgħid lid-dixxipli tiegħu u lilna: “Għal bnedmin impossibli…imma għal Alla kollox jista’ jkun.” B’dan il-kliem f’moħħna naħsbu ftit x’inhuma x-xewqat u l-ħolm tagħna. Ikteb jew pinġi ix-xewqat u l-ħolm tiegħek. Itwi l-karti u  poġġiehom ġo qoffa. 

Tkellem ma’ Alla dwar ix-xewqat u l-ħolm tiegħek, u rringrazzjah tal-kuraġġ li qed jagħtik.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.