Insalata tal-frott

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-ħbieb tiegħi

Ħelow tfal!

Ġie li kellek xi esperjenza fejn ipparteċipajt f’xi avveniment mal-ħbieb tiegħek bl-għan li tgħinu lil ħaddieħor? Kif ħassejtek meta għamiltu dan flimkien? Meta nagħtu sehemna f’attivitajiet bħal dawn, nindunaw li kulħadd għandu x’jagħti. Mill-qatra ta’ kulħadd nimlew flixkun ilma, u flimkien naslu għal riżultat sabiħ.

Il-Prayer Space ta’ din il-ġimgħa jisimha: Insalata tal-frott

Għaliha għandna bżonn:

  • frott frisk, sikkina u skutella.

jew

  • mudell ta’ skutell
  • pinna 
  • lapes
  • kuluri

Aħseb ftit fi xi ħbieb tiegħek li magħhom kellek esperjenza fejn flimkien tajtu ħin u enerġija biex tgħinu lill-oħrajn. Waqt li tagħmel dan, ipprepara insalta tal-frott ġo scutella. Fl-istess ħin li qed tiekol il-frott għid talba żgħira għal dawn il-ħbieb, jew fil-mudell tal-iskutella pinġi insalata tal-frott u fuq l-iskutella ikteb talba għal dawn il-ħbieb.

Ftit ħin miġburin fit-talb.

Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.