Il-borża ta’ San Martin

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex insir naf il-kwalitajiet li tani Alla

Il-borża ta’ San Martin hija tradizzjoni Maltija li tfakkarna fil-karità li kien juri San Martin.  Niċċelebraw il-festa  ta’ San Martin ta’ Tours fil-11 ta’ Novembru u dakinhar it-tfal jingħataw borża tad-drapp ikkulurita li jkun fiha tuffieħa, larinġa, mandolina, rummiena, ftit ġewż, ġellewż, qastan, lewż, tin ħelu u ħobża ħelwa.  

  • Ħu ftit ħin biex taħseb f’azzjonijiet li tista’ tagħmel fil-ħajja ta’ kuljum li jħallu frott bħal karità, ħlewwa, ġenerożità, paċenzja u kull għajnuna oħra.
  • Fuq il-karta b’forma ta’ borża, ikteb 3 azzjonijiet tajba li bi ħsiebek tagħmel matul il-ġimgħat li ġejjin.
  • Issa, tista’ tirringrazzja lil Alla għall-kwalitajiet u t-talenti li tak u itolbu jgħinek tużahom fit-tajjeb għall-ġid tiegħek u tal-oħrajn. 

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.