
San Martin twieled fis-sena 316, minn ġenituri pagani f’Sabaria, l-Ungerija. Għalkemm għaddew ħafna snin, il-personalità tiegħu għadha ħajja! Matul iż-żmien, inġabru ħafna leġġendi fuq San Martin li fihom jidher bħala l-eroj. Dawn il-leġġendi juru l-kwalitajiet qaddisa u straordinarji tiegħu, kwalitajiet li baqgħu ħajjin minkejja ż-żmien li għadda.
Hu mar wara missieru, li kien uffiċjal militari għoli Ruman, lejn l-Italja, u kif kien mistenni minnu bħala iben ta’ uffiċjal f’pożizzjoni għolja, ingħaqad mal-armata Rumana meta kellu ħmistax-il sena.
Ħassu miġbud lejn il-Fidi Kattolika u, għalkemm il-ġenituri tiegħu kienu pagani, hu beda jattendi l-knisja Nisranija meta kellu għaxar snin. Ingħaqad mal-katekumeni, jiġifieri sar kandidat bi preparazzjoni biex jirċievi l-magħmudija.
Meta kellu tmintax-il sena, tgħammed u rrifjuta li jibqa’ suldat fl-armata Rumana. Huwa sostna, li bħala suldat ta’ Kristu, ma kienx permess għalih li jiġġieled.
Sar patri, u aktar tard, Isqof ta’ Tours, iżda xorta waħda kien jgħix f’ċella żgħira, mhux ‘il bogħod minn Tours.
Il-leġġenda famuża tal-mantell u stejjer oħra, juru lil Martin bħala bniedem qaddis li kien jieħu ħsieb il-morda, il-fqar u lil dawk imwarrba mill-kumplament tal-komunità.
Huwa vvjaġġa, ippriedka u ħeġġeġ għall-konverzjoni biex iwassal għall-konverżjoni għall-Kristjaneżmu; b’hekk, minflok ma ġġieled bħala suldat, huwa ġġieled kontra dawk li kienu jitkellmu kontra l-fidi Nisranija.
San Martin kien suldat, u darba, meta kien qed jivvjaġġa, ra tallab iħoss ħafna bard. San Martin tħassru u tah biċċa mill-mantar tiegħu. Ftit taż-żmien wara, San Martin tgħammed u sar qassis. San Martin beda jipprietka fil-kampanja u għen lil ħafna fqar.
