Mistrieħ

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex nsib bilanċ

Ġieli kont qed taħdem fuq xi ħaġa u tibda tħossok għajjien u ma tistax tikkonċentra? Jew jkollok xi ġimgħa b’ ħafna impenji u tħossok għajjien ħafna? 

Ġesù stieden lill-appostli biex jistrieħu ftit għax kienu ilhom għaddejjien man-nies u bil-kemm kienu qegħdin jsibu ċans jieklu. Hawn Ġesù jgħallimna li huwa importanti li taħdem iżda huwa importani ukoll li tistrieħ. 

Din il-Prayer Space jisimgħa Mistrieħ. Għaliha kulma għandek bżonn hija cushion żgħira u jekk tixtieq tapit. 

Hekk bħal ma l-appostli u Ġesù pruvaw jistrieħu ftit, l-istess ser nagħmlu aħna. Ifrex tapit u mtedd ċatt mal-art bil-cushion taħt rasek ħalli tkun komdu, u għamel ftit tal-ħin fil-kwiet. Jekk jiġi xi ħsieb ħallih għaddej bħal meta tkun fuq xatt il-baħar u tara l-vapuri għaddejjin. Ibqà hemm għal tlitt minuti. Jekk tixtieq tistà tuża din is-silta ta’ mużika bi ftit minuti ta’ mużika u ftit minuti ta’ silenzju, biex ma toqgħodx taħseb fil-ħin.

Ftit sekondi ta’ pawża.

Kif tqum, għid talba biex tfaħħar lil Alla tal-ħajja sabiħa li tagħna mimlija xogħol u mistrieħ f’ bilanċ ta’ ġid għalina. 

Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.