Ħellow Tfal!
Is-16 ta’ Settembru hija l-ġurnata dedikata kontra l-qerda tal-Ozone Layer. L-Ozone Layer huwa medda ta’ gassijiet madwar id-dinja li jipproteġuna mill-qawwa tar-raġġi tax-xemx. F’dan il-jum infakkru l-importanza li nieħdu ħsieb din il-medda ta’ gassijiet għaliex sfortunatament din kienet qiegħda tinqered u għalhekk ir-raġġi tax-xemx bdew jidħlu b’iżjed saħħa u jagħmlu iżjed ħsara fuq il-ġilda tagħna.
Il-prayer space tal-lum jisimha Raġġ ta’ dawl u għaliha għandna bżonn aċċess għall-internet, karta u pinna, lapes jew kuluri.
Ħu ftit ħin u fittex fuq l-Ozone Layer, ara xi ħsara saritlu fl-aħħar snin. Fittex modi ta’ kif tistà tgħin biex titwaqqaf l-ħsara, bħal tuża inqas l-karozza, tagħżel prodotti tal-ħasil naturali u tixtri prodotti lokali. Agħmel lista ta’ tlett affarijiet li inti flimkien mal-familja tiegħek ser tagħmlu sabiex tikkontribwixxu għall-ambjent aħjar. Żejjen din il-karta u wara weħħila x’imkien fejn tidher sabiex b’hekk kuljum il-membri ta’ fejn togħqod jiftakru x’ għandhom jagħmlu għall-ambjent aħjar.
Issa nġabar ftit u itlob maħfra ta’ kemm għamilna ħsara lill-ambjent u m’ apprezzajniex is-sbuħija tan-natura, maħfra ta’ kemm għamilna ħsara flok bżajna għall-ambjent u ħadna ħsiebu.
Saħħa ħbieb! Sakemm nerġgħu niltaqgħu.