Rifless il-qamar

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex nirriflettu d-dawl ta’ Alla

Kont taf li l-Qamar ma jipproduċix id-dawl tiegħu għalkemm fid-dalma tal-lejl narawh jiddi kollu bjuda?  Aħna naraw id-dija tal-Qamar għaliex dan jkun qed jirrifletti d-dawl tax-Xemx.  Kull meta nieħdu gost nħarsu lejn id-dawl tal-qamar inkunu qed napprezzaw il-kapaċità li għandu l-qamar li jirrifletti l-glorja, il-qawwa u d-dawl tax-Xemx.  Bħall-Qamar, aħna wkoll msejħin biex nirriflettu d-dawl uniku u veru tad-dinja. 

  • Ħu ftit ħin biex taħseb kif tista’ tirrifletti d-dawl ta’ Alla f’ dak kollu li tgħid u tagħmel fil-ħajja tiegħek ta’ kuljum.  
  • Ħu biċċa fojl u rrombla f’ballun.  Issa ħu t-torċ u ixgħela faċċata tal-ballun tal-fojl biex b’hekk dan ikun jista’ jirrifletti d-dawl tagħha. 
  • Issa tista’ titlob lil Alla jgħinek biex f’dak kollu li tgħid u tagħmel tirrifletti id-dawl tiegħu.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.