Intervista

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba ta’ inkoraġġiment

Ħelow Tfal!

Ġieli kont qed tfittex fuq l-internet, youtube jew rajt fuq it-television dwar xi esperjenza tal-ħajja ta’ xi attur jew footballer jew xi persuna oħra u għoġbitek? Forsi kien hemm xi xena li bqajt taħseb fiha, jew fakkritek f’xi ġrajjiet li seħħew fil-ħajja tiegħek? 

Hemm xi persuni madwarek li tixtieq issir tafhom iżjed? 

Il-Prayer Space tal-lum jisimha: Intervista 

  • Ikkuntattja persuna li tixtieq issir tafha iżjed biex tgħamlilha intervista dwar is-sabiħ tal-ħajja. Il-persuna tista’ tkun persuna anzjana, saċerdot, persuna li taħdem  fil-kamp tal-animazzjoni, xi ġurnalist, persuna li taħdem fil-qasam edukattiv, fil-qasam tas-saħħa, jew persuna li tammira.
  • L-intervista tista’ ssir b’kull mod ta’ mezz ta’ komunikazzjoni.  
  • Qatta’ ftit ħin aħseb fuq dak li smajt waqt l-intervista’.

Ikteb jew pinġi l-iktar punt li laqtek u x’tgħallimt. Tkellem ma’ Ġesù dwar dak li ktibt jew pinġejt u għid talba żgħira għall-persuna li ntervistajt.

Saħħa tfal! Sakemm nerġgħu niltaqgħu.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.