Helow Tfal!
Ġie li għaddejt minn xi esperjenza meta tawk xi responsabbilità li tagħmel biċċa xogħol? Forsi biex tkun parti minn xi team ta’ xi sport, iddoqq xi strument f’xi lejla tat-talenti, jew biex tkun parti minn grupp ta’ ħbieb? Kif ħassejtek meta rċevejt il-messaġġ? Ġesù għadda minn din l-esperjenza fil-magħmudija meta ġie magħżul biex iwettaq il-missjoni speċjali li tah Alla Missieru. Alla l-Missier kien kuntent b’ Ġesù fid-dinja u qallu: “Inti Ibni l-għażiż; fik sibt l-għaxqa tiegħi”.
Din il-prayer space jisimha Magħżulin u maħbubin.
Għaliha għandna bżonn:
Fuq il-karta/kartuna/kartonċina pinġi ftit stilel. F’kull stilla ikteb esperjenzi/mumenti mill-ħajja tiegħek li juruk li Alla jħobbok. Jekk tixtieq ikteb talba żgħira biex tirringrazzja ‘l Alla li kien dejjem miegħek.
Saħħa tfal!
Sakemm nerġgħu niltaqgħu.