Hello tfal,
Il-fraternità tfisser li ningħaqdu biex ngħinu lil xulxin. Il-Jum Internazzjonali tal-Fraternità Umana niċċelebrawh kull sena biex niftakru li l-bnedmin kollha, minkejja li huma differenti minn xulxin, għandhom jirrispettaw u jħobbu lil xulxin. F’dan il-jum, niftakru li aħna l-bnedmin qed niffaċċjaw l-istess problemi bħall-vjolenza, il-gwerer, it-tniġġis u l-pandemiji. Meta n-nies ta’ twemmin differenti jiltaqgħu biex jitolbu flimkien u jiddiskutu l-problemi tad-dinja flimkien ikollhom iktar saħħa.
Din ir-rokna ta’ talb jisimha Jigsaw Fraterna.
Għandek bżonn:
- Karta vojta
- kuluri
- imqass
- kolla
- pinna jew lapes
Instruzzjonijiet:
- Ħares lejn il-poster 1 bis-simboli ta’ reliġjonijiet jew twemmin differenti.
- Pinġi s-simboli li jirrappreżentaw dawn ir-reliġjonijiet differenti fuq il-karta vojta.
- Aħseb f’persuni ta’ twemmin differenti minn tiegħek li jinsabu fl-iskola tiegħek jew huma ġirien tiegħek.
- X’inhuma l-problemi tad-dinja llum? Ikteb jew għid talba f’qalbek ħalli n-nies ta’ twemmin differenti jingħaqdu biex jitolbu u jaħdmu flimkien għall-paċi fid-dinja.
- Jekk tixtieq aqta’ l-biċċiet tal-jigsaw puzzle, għaqqadhom u aqra s-sentenzi dwar il-paċi u l-imħabba li huma meħudin minn reliġjonijiet differenti.