Fil-ġrajja li nisimgħu llum Ġesù jagħti laqam lill-wieħed mill-ħbieb tiegħu. Dan il-laqam tant kien tajjeb li aħna ġieli ninsew li Pietru fil-verita kien jismu Xmun.
Pietru jfisser blata jiġifieri Ġesù ried li Pietru jkun b’saħħtu u meta jiżbalja jibqa’ jafda f’Ġesu. Gesù xtaqu jkun ta’ eżempju biex jieħu ħsieb, jgħaqqad u jmexxi lil dawk kollha li jagħżlu li jħobbu u jimxu wara Ġesù.
Il-prayer space li ser nagħmlu llum jisimha Il-Blata – u għaliha għandna bżonn:
Qatt ippruvajt tibni xi torri biċ-ċagħaq ta’ fejn il-baħar? Jekk ċ-ċagħqa tal-qiegħ ma’ tkunx soda, ikun faċli li kollox jaqa’.
Fil-ħajja tagħna għanda diversi persuni li huma bħal blat sod għaliex jgħinuna nibnu relazzjoni b’saħħitha ma’ Alla, ma’ xulxin u mal-ħolqien kollu. Dawn jistgħu jkunu l-Papa, l-Isqfijiet, in-nies li niltaqgħu magħhom fil-ħajja tagħna; bħal ġenituri, dawk li jieħdu ħsiebna, għalliema, katekisti u ankè ħbieb tajba.
Ħu ftit ħin biex taħseb dwar dawn in-nies.
Pawża ta’ 5 sekondi
Fuq iċ-ċagħaq ikteb l-isem ta’ Pietru flimkien mal-ismijiet ta’ dawn in-nies li inti ħsibt fihom għaliex iressquk viċin ta’ Alla.
Issa tista’, tgħalaq għajnejk u tirringrazzja lil Alla għall- dawn in-nies li huma bħall-blat fil-ħajja tiegħek.
Fl-aħħar, tista’ tpoġġi din iċ-ċagħqa x’imkien fejn tfakkrek biex tirringrazzja lil Alla ta’ spiss għal- kulmin jressqek viċin tiegħu.
Talba għall-Papa, addattata minn talba miktuba minn San Ġorġ Preca
Sinjur Alla,
inti tieħu ħsiebna.
Illum nitolbuk b’mod speċjali
għall-Papa Franġisku,
dak li inti għażilt biex imexxi lill-Knisja tiegħek.
Agħmillu kuraġġ u agħtih is-saħħa.
Nitolbuk tgħin lilna
biex nisimgħu dak li jgħallimna
u nobduh dejjem aktar.
Nitolbuk ukoll għal dawn in-nies
li ma jagħmlux parti mill-Knisja tiegħek
u biex huma wkoll jingħaqqdu magħna.
Dan nitolbuh bl-għajnuna ta’ Ġesù.
Ammen.