RSVP

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex inxandru l-imħabba

Qatt rajt jew irċivejt invit għal xi festin?  Alla ukoll qed jibagħtelk invit għall-festa ta’ mħabba bejnu, bejnek u għal kull bniedem.  Invit biex tkun parti mis-saltna tiegħu. Dan l-invit Alla jibagħtulek permezz ta’ diversi modi, fost l-oħrajn permezz ta’ nies li jħobbuk bħall-ġenituri, familjari, saċerdoti, katekisti, għalliema u ħbieb tajba.  Dan il-festin jdum tul ħajtek kollha u ċelebrazzjoni ssir kull fejn tmur.  Fost il- ħwejjeġ li tista’ tilbes għal din il-festa hemm: l-imħabba, il-maħfra, il-ġustizzja, il-ferħ, it-tama, il-kompassjoni, ir-reżiljenza u l-umiltà.  

  • Ħu ftit ħin biex taħseb dwar din l-istedina u liema tibdila bi ħsiebek tilbes.
  • Fuq il-qafas tal-invit provdut, ikteb ismek ħdejn l-ittri RSVP biex turi lil Alla li trid tilqa’ l-istedina tiegħu u mmarka b’ ċirku t-tibdila li tixtieq tilbes.  
  • Issa tista’ titkellem ma’ Alla dwar dak li tixtieq tilbes biex turi li inti trid tgħix din l-festa ma’ Alla.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.