
Santa Fawstina Kowalska twassal il-messaġġ universali għall-umanità dwar l-imħabba ta’ Alla għalina, kif inhi murija fil-ħniena infinita Tiegħu. Din il-ħniena ma tistax titkejjel għax tħaddan lil kulħadd, irrispettivament minn liema nuqqasijiet jew fallimenti li nistgħu nkunu qed inġorru.
Santa Fawstina twassal il-messaġġ lid-dinja li Kristu sofferenti jistenna minna li nduru lejh b’qalb sinċiera u niedma, u nistqarru: “Ġesù, jiena nafda fik.” Jekk nimxu fuq l-eżempju tagħha, ilkoll nistgħu nsibu kenn u saħħa spiritwali fis-Sagrament Imqaddes, bl-għajnuna u bl-interċessjoni ta’ Marija, l-Immakulata Kunċizzjoni.
Minbarra li ddikkjarha Qaddisa tal-Ħniena Divina, il-Papa San Ġwanni Pawlu II iddikjara wkoll li l-ewwel Ħadd wara l-Għid għandu jkun iddedikat bħala l-Ħadd tal-Ħniena Divina, b’novena (disat ijiem ta’ talb) li tibda mill-Ġimgħa l-Kbira.
Il-familja ta’ Fawstina kienet fqira ħafna. Meta kellha 14-il sena, hi telqet mill-iskola biex tmur taħdem u tkun tista’ tgħin lilll-familja tagħha. Hi ħasset li Alla kien qiegħed isejħilha biex issir soru. Fil-kitbiet tagħha, hi stqarret li kienet rat u tkellmet mal-Madonna u ma’ Ġesù. Fil-fatt, Ġesù deher lil Santa Fawstina bħala l-Ħniena Divina, u penġiet dak li rat: Ġesù kien liebes libsa bajda, b’idu l-leminija mgħollija biex tbierek u l-id l-oħra tmiss il-libsa, b’raġġi ħomor u blue ħerġin minnha. Santa Fawstina ħeġġet ħafna lin-nies biex jitolbu l-Kurunella tal-Ħniena Divina. Hi talbet ħafna għas-saċerdoti.
