Ħelow Tfal!
Se nimmaġinaw li qegħdin nivvjaġġaw. Wara ftit tasal f’post veru sabiħ. Kull fejn tħares tara biss muntanji, għadajjar naturali qalb għelieqi mimlija ħaxix aħdar, siġar, fjuri kull kulur. Imbagħad tara farfett, għasafar itiru, qattusa tiġri. Meta tinduna li hemm mogħdija, tiddeċiedi li timxi magħha u vera tkun qed tieħu gost tħoss żiffa ħelwa. F’daqqa waħda, tisma’ lil xi ħadd jgħajjatlek: “Sar il-ħin, ħa mmorru!” Ir-reazzjoni tiegħek mill-ewwel tkun: “Ejja nibqgħu hawn ftit ieħor!”
Il-Prayer Space ta’ din il-ġimgħa jisimha: Narmaw Tinda
Għaliha għandna bżonn:
Ifforma t-tinda fuq karta jew permezz ta’ xi drapp f’xi rokna kwieta d-dar. Fuq naħa minnhom ikteb frażi biex turi lil Alla li tapprezza s-sbuħija tiegħu fil-ħolqien. Fuq in-naħa l-oħra pingi sħaba u fiha ikteb: “Inti l-għaxqa tiegħi.”
Fi ftit ħin fil-kwiet għid grazzi lil Alla li għażlek biex tkun parti mis-sbuħija li ħalaq Hu.
Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu!