Hello Tfal!
Illum se nerġgħu mmorru ftit lura u niftakru f’avveniment kbir li seħħ fil-Gżejjer Maltin. Tafu għal x’hiex qed nirreferi? Naħseb li uħud minnkom indunaw….hekk hu! Iż-żjara tal-Papa f’Malta. Il-Papa Franġisku għaddielna messaġġi mqanqlin ħafna, b’mod speċjali dwar il-ħniena fil-laqgħa sabiħa li għamel mal-immigranti fil-Laboratorju tal-Paċi, f-Ħal-Far. Il-Papa jgħidilna “Il-Ħniena: il-pont li jgħaqqad l-Alla mal-bniedem, tiftħilna qalbna għat-tama li nkunu maħbuba anke jekk nidinbu.”
Il-Prayer Space tal-lum jisimha: Uri Ħniena.
Għaliha wieħed għandu bżonn:
Sib rokna għal kwiet x’imkien barra (eż. fuq il-bejt, gallarija, parapett, tarazzin, bitħa etc…). Ħares ftit lejn is-sema u aħseb f’modi kif tista’ turi ħniena. Fuq il-karta pinġi sħaba (jew uża l-mudell mehmuż) u ġo fiha ikteb att ta’ ħniena li tixtieq tagħmel matul din il-ġimgħa li ġejja. Ftakar li dan l-att li se tagħmel se tagħmlu biss għal Alla. Poġġi s-sħaba ġol-vażett. Żomm il-vażett viċin tiegħek biex tiftakar fil-ħniena t’Alla lejk u biex turi ħniena mal-oħrajn.
Saħħa Tfal!
Sakemm nerġgħu niltaqgħu