San Xmun u San Ġuda

28 ta' Ottubru

San Xmun u San Ġuda jissemmew bħala tnejn mit-tnax il-Appostli li Ġesù sejjaħ biex jakkumpanjawh waqt li kien qed ixandar li s-Saltna ta’ Alla kienet fil-qrib u li t-tnejn li huma kienu magħrufa wkoll b’ismijiet oħra.

Xmun hu msejjaħ “il-Kananew”, u “iż-Żelota” bl-Aramajk u bil-Grieg, li t-tnejn ifissru l-istess ħaga: “l-Imħeġġeġ” minħabba l-fatt li kien mimli entużjażmu. Hu kien konvint kemm kien importanti li n-nies kollha jimxu mal-Liġi Lhudija.  Iżda, wara li ltaqa’ ma’ Ġesù, Xmun sar imħeġġeġ għal Ġesù u t-tagħlim Tiegħu. Baqa jissejjaħ “l-Imħeġġeġ” ukoll biex jingħaraf minn Xmun Pietru.

Ġuda sar magħruf ukoll bħala Ġuda Taddew – titlu formali li m’għandux jiġi konfuż ma’ Ġuda l-Iskarjota, dak li ttradixxa lil Ġesù.  Il-fidi kbira li kellu Ġuda hija xhieda tal-konvinzjoni li kollox huwa possibli jekk tkun ir-rieda ta’ Alla.  It-tradizzjoni Nisranija tassoċja lil San Ġuda mal-leggenda tas-Sultan Abgar u mal-pittur tal-Wiċċ Imqaddes ta’ Edessa. Huwa jissemma wkoll fil-Vanġelu ta’ San Ġwann, meta għamel mistoqsija li tmiss il-qalb lil Ġesù waqt l-Aħħar Ċena.

Wara t-Tlugh fis-Sema ta’ Ġesu’, Xmun mar jevanġeliżża fl-Eġittu, filwaqt li Ġuda mar fil-Mesopotamja.  Aktar tard iltaqgħu fil-Persja (l-Iran tal-lum), fejn komplew ixandru l-Evanġelju. Il-fatt li t-tnejn kienu xiehda tat-tagħlim, tal-mirakli u tal-Qawmien ta’ Ġesù, u kienu ġew imsaħħa mill-Ispirtu s-Santu f’Pentekoste, in-nies emmnet ix-xhieda tagħhom. Eventwalment, ħafna min-nies laqgħu l-Aħbar it-Tajba u tgħammdu.  San Xmun u San Ġuda mietu martri fil-Persja. 

Xmun u Ġuda kienu rġiel ordinarji, x’aktarx kienu bdiewa jew sajjieda, imma Ġesù għażilhom biex ixandru l-Bxara t-Tajba.  Huma eżempji ħajjin li anke l-aktar persuna ordinarja tista’ ssir qaddisa meta tiddeċiedi li timxi wara Ġesù.

San Xmun kien imsejjaħ – “L-Imħeġġeġ”.

X’inhi ħeġġa? Ħeġġa hija ħerqa ntensa għal xi interess jew kawża.

  • Bħala ġenituri, xi kultant inkunu mimlijin b’ħeġġa li rridu l-aħjar minn kollox għal uliedna.  
  • Il-ħeġġa trid taħdem id f’id mal-prudenza, biex jinħoloq bilanċ meta noffru sapport u pariri lil uliedna. Nistgħu nagħmlu pressjoni żejda fuq uliedna billi jinjoraw it-talenti tagħhom li jistgħu jkollhom uliedna li juru inklinazzjoni lejn suġġetti jew karrieri oħra.
  • Ir-rwol tal-ġenituri huwa li jiggwidaw u jinkoraġġixxu l-ħeġġa tat- tfal, b’tali mod li jiskopru l-kwalitajiet u t-talenti tagħhom.

San Xmun u San Ġuda ma tantx jissemmew fl-Evanġelju. Huma wettqu l-missjoni tagħhom fis-skiet u fis-satra bħala l-pilastri tal-Knisja, irrispettivament lejn il-popolarità tagħhom fost l-Appostli.

Ejjew ngħinu lil uliedna jifhmu li l-valur tagħhom bħala persuni jinsab fil-fatt li bħala ulied Alla aħna għanda nkunu dak li Alla ħalaqna biex inkunu.  Huwa ta’ ħsara għalihom infushom meta nġegħluhom jimxu fit-triq tal-paragun ma’ ħaddieħor, bil-ħsieb li dan iħeġġiġhom jagħmlu iktar sforz. ​​Għall-kuntrarju, fit-tul iħossuhom imnaqqsa u inadegwati.

Ħin tat-Talb mal-Familja

F’mument ta’ talb u skiet, għin lit-tfal – biex jirringrazzjaw lil Alla tat-talenti tagħhom u biex jitolbu l-għajnuna meta jħossu li għandhom bżonnha.

Fil-Bibbja, sibu stejjer dwar il-Madonna u San Ġużepp.  Dawn huma persuni li għexu ħajja sempliċi, waqt li fl-istess ħin Marija hija Omm Alla u San Ġużepp il-Protettur Tiegħu.

Kif tuża dan l-ispazju

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tal-qaddisin tal-Knisja. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk dwar x'inhi l-qdusija u li jħeġġuk tgħix ħajja dejjem aktar qaddisa.