Hello Tfal!
Nhar l-10 ta’ Novembru, jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji tal-Iżvilupp fix-Xjenza u l-Paċi. Ix-Xjenza hija parti essenzjali mill-ħajja tagħna ta’ kuljum għax tgħinna nitgħallmu dwar id-dinja ta’ madwarna li qegħda kontinwament tevolvi. Tgħinna nifhmu aktar il-ħajja tal-affarijiet li jgħixu bħall-bniedem, l-annimali, il-pjanti u s-siġar kif ukoll il-ħolqien l-istilel, ix-xemx u l-qamar u l-ilma. Dan kollha jgħinuna nagħrfu l-imħabba, l-paċi, u l-preżenza t’Alla.
Il-Prayer Space tal-lum jisimha: Paċi tal-Melħ.
Wieħed għandu bżonn:
Jekk tixtieq tista’ ssegwi dan il-vidjo.
Ferra l-ilma ġot-tazzi. Itfa’ ftit melħ ġo tazza waħda. Il-melħ jirrapreżenta l-paċi u l-protezzjoni t’Alla lejna, u l-ilma huwa aħna. Għalhekk waqt li qed titfa’ l-melħ ġot-tazza ftakar li Alla jħobbna u kontinwament jingħaqad magħna.
Il-food colouring jirrapreżenta l-affarijiet mhux daqshekk sbieħ li naraw fid-dinja ta’ madwarna. Ferra ftit food colouring ġot-tazza l-oħra. Poġġi t-tazzi fuq it-tray, u poggi il-kartuna fuq it-tazza fejn tfajt il-food colouring.
Bl-għajnuna ta’ xi adult, dawwar it-tazza tal-food colouring mal-kartuna fuq it-tazza fejn tfajt il-melħ. Indunajt x’ġara?
L-ilma bil-food colouring m’għaddiex għal ġot-tazza tal-ilma bil-melħ u bagħqet bajda!
Jekk nibqgħu dejjem magħqudin ma’ Alla, il-paċi fil-qalb tagħna li jagħtina Hu biss, ma jeħodilna ħadd!
Saħħa tfal!
Sakemm nerġgħu niltaqgħu