Paċi tal-melħ

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-paċi u l-preżenza t’Alla

Hello Tfal!

Nhar l-10 ta’ Novembru, jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji tal-Iżvilupp fix-Xjenza u l-Paċi. Ix-Xjenza hija parti essenzjali mill-ħajja tagħna ta’ kuljum għax tgħinna nitgħallmu dwar id-dinja ta’ madwarna li qegħda kontinwament tevolvi. Tgħinna nifhmu aktar il-ħajja tal-affarijiet li jgħixu  bħall-bniedem, l-annimali, il-pjanti u s-siġar kif ukoll il-ħolqien l-istilel, ix-xemx u l-qamar u l-ilma. Dan kollha jgħinuna nagħrfu l-imħabba, l-paċi, u l-preżenza t’Alla.

Il-Prayer Space tal-lum jisimha: Paċi tal-Melħ.

Wieħed għandu bżonn:

  • gabarre’
  • buqar bl-ilma
  • żewġ tazzi trasparenti
  • ftit Melħ
  • food colouring
  • mgħarfa
  • biċċa kartuna jew kartonċina kwadra

Jekk tixtieq tista’ ssegwi dan il-vidjo.

Ferra l-ilma ġot-tazzi. Itfa’ ftit melħ ġo tazza waħda. Il-melħ jirrapreżenta l-paċi u l-protezzjoni t’Alla lejna, u l-ilma huwa aħna. Għalhekk waqt li qed titfa’ l-melħ ġot-tazza ftakar li Alla jħobbna u kontinwament jingħaqad magħna. 

Il-food colouring jirrapreżenta l-affarijiet mhux daqshekk sbieħ li naraw fid-dinja ta’ madwarna. Ferra ftit food colouring ġot-tazza l-oħra. Poġġi t-tazzi fuq it-tray, u poggi il-kartuna fuq it-tazza fejn tfajt il-food colouring.  

Bl-għajnuna ta’ xi adult, dawwar it-tazza tal-food colouring mal-kartuna fuq it-tazza fejn tfajt il-melħ. Indunajt x’ġara? 

L-ilma bil-food colouring m’għaddiex għal ġot-tazza tal-ilma bil-melħ u bagħqet bajda! 

Jekk nibqgħu dejjem magħqudin ma’ Alla, il-paċi fil-qalb tagħna li jagħtina Hu biss, ma jeħodilna ħadd!

Saħħa tfal!

Sakemm nerġgħu niltaqgħu

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.