Paċenzja

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-paċenzja

Hello Tfal!

Ġie li smajtu lil xi ħadd jirrakkonta xi sitwazzjoni diffiċli fil-ħajja tiegħu/ha li ħadet ħafna żmien biex issolviet? Forsi lin-nanniet jew bużnanniet jitkellmu dwar l-esperjenza tagħhom matul it-Tieni Gwerra Dinjija li damet għaddejja sitt snin mill-1939 sal-1945; xi persuna li damet tistenna biex tagħmel xi operazzjoni u ma jibqax muġugħ. Jista’ jkun meta konna qed nistennew f’xi kju twil u domna biex nqdejna, u tant sitwazzjonijiet oħra li fihom ikun hemm il-bżonn li nistennew. Dawn is-sitwazzjonijiet jirrikjedu ħafna paċenzja minn naħa tal-individwu u għalhekk xi drabi ma jkunx faċli. Il-Prayer Space tal-lum jisimha: Paċenzja.

Għandna bżonn:

  • stampi jew ritratti ta’ sitwazzjonijiet diffiċli
  • arloġġ tar-ramel (jekk ikun diffiċli li ssib wieħed, tista’ tfittex wieħed diġitali online)

Agħżel stampa u iflieha ftit. Issa aħseb ftit dwar dan:

1. Kif taħseb li qed iħossuhom in-nies li qed tara fl-istampa?

2. Hemm xi sitwazzjoni fil-ħajja tiegħek bħalissa li qed tieħu fit-tul biex titranġa, jinbidlu l-affarijiet għall-aħjar?

3. Dawwar l-arloġġ tar-ramel, u filwaqt li tħares lejn ir-ramel nieżel bil-mod għamel xewqa fis-skiet lil Alla biex nies li għaddejjin minn sitwazzjonijiet bħal dawn jissaħħu fil-virtù tal-paċenzja.

Saħħa Tfal!

Sakemm nerġgħu niltaqgħu.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.