Fl-għaxar jum tal-Milied, il-maħbub vera tiegħi tani…għaxar sinjuri jaqbżu (On the tenth day of Christmas my true love gave to me… ten Lords a-leaping)
Dan x’rigal stamb hu! Ġeneralment is-sinjuri jġibu ruħhom sew, mhux jaqbżu ma’ kullimkien. L-għaxar sinjuri jfakkruna fl-għaxar kmandamenti li Alla ta lil Mosè fuq il-muntanja Sinai. 1) Ma jkollokx Alla ieħor għajri. 2) La ssemmix l-isem t’Alla fil-batal. 3) Ħares il-Ħdud u l-festi kmandati. 4) Weġġah (agħti ġieħ) lil missierek u ‘l ommok. 5) La toqtolx. 6) La tiżnix. 7) La tisraqx. 8) La tixhidx ħaġa b’oħra. 9) La tixtieqx nisa tal-oħrajn. 10) La tixtieqx ħwejjeġ tal-oħrajn.
Fi kliem sempliċi, dawn il-kmandamenti jgħallmuna kif għandna ngħixu skont ir-rieda ta’ Alla. Jiġifieri li npoġġu lil Alla l-ewwel u nirrispettaw lil ismu. Nirrispettaw Jum il-Mulej (il-Ħadd). Nirrispettaw lill-ġenituri, ma noqtlux, nirrispettaw iż-żwieġ, ma nisirqux, ma nigdbux, ma ngħirux għall-oħrajn.
Talba
Għażiż Ġesù, illum il-festa tal-Isem Imqaddes tiegħek. Għinni biex nimxi warajk u nkun kburi li jien qed nagħmel dan. Noffri f’ismek, dak kollu li nagħmel illum. Ammen.
Nagħmlu
Sabiex niċċelebraw il-festa tal-Isem Imqaddes ta’ Ġesù, għamel badge biex tilbisha. Ara t-template biex tgħinek tagħmel il-badge tiegħek.
Nagħtu l-kulur