Merħba tfal kif intom? Ħudu ħsieb ta’.
Illum ergajna iltqajna biex nagħmlu Prayer Space oħra u l-prayer space tallum jisimgħa Ġnien il-Paċi.
Għal din il-prayer space għandna bżonn
U li ħa nagħmlu huwa, ħa naħsbu ftit aħna meta nħossuna fil-paċi jew inkella kif il-paċi tista’ sseħħ jew inkella kif jiena nista’ nkun mezz biex inġib il-paċi. Għalhekk ħa naħseb ftit, ħa ngħalaq ftit għajnejja u ħa nitlob ftit għal paċi fid-dinja jew fil-familji tagħna jew fil-ħbieb/ħabib tiegħi.
F’dan il-ħin ħa nġib biro u ħa nġib karta min dawn u ħa nikteb ftit jiena fejn nixtieq li jkun hemm il-paċi. Ħa nikteb fejn nixtieq il-paċi sseħħ fuq kull petala illi għandi fuq din il-fjura. Pereżempju nixtieq li jkun hemm il-paċi fid-dinja, mela ħa nikteb – dinja u nista’ npinġi wkoll il-forma tad-dinja u ħa nikteb dinja.
Nixtieq wkoll li jkun hemm il-paċi fil-familja u ħa nikteb familja. Nixtieq wkoll li jkun hemm il-paċi mal-ħbieb għalhekk ħa npinġi ftit il-ħbieb issa ħa npinġi ftit ħbieb. Issa jien ħa nistedinkom biex intom wkoll tagħmlu hekk, ħa taħsbu ftit fejn tixtiequ.