Helow tfal,
Ilkoll għandna l-biżgħat tagħna. Il-biżgħat jistgħu jieħdu ħafna forom bħall-biża’ mill-għoli jew il-biża’ mill-insetti. Jista’ jkollna wkoll biżgħat aktar profondi fil-ħajja bħal meta tibża’ mill-eżamijiet jew tibża’ li titlef lill-xi ħadd għażiż. Fil-Bibbja nsibu l-kliem: ‘Tibżax’ miktub kemm-il darba biex jinkoraġġina. Il-biża’ tista’ tkun qawwija ħafna imma Alla ma jridx li l-biża’ tikkontrolla kif nitkellmu u nġibu ruħna. Aħna nafu li Alla se jgħinna f’kull sitwazzjoni li nsibu ruħna fiha. Għalhekk l-imħabba teħlisna mill-biża’.
Dan l-ispazju ta’ talb jismu L-Imħabba Ikbar mill-Biża’