Mhux dejjem faċli nagħmlu t-tajjeb li Alla jixtieqna nagħmlu. Xi drabi biex nagħmlu t-tajjeb jkollna morru kontra dak li jidher eħfef u isbaħ. Alla jibqa’ dejjem magħna ankè meta nkunu qisna bħal dgħajsa tiġġieled kontra l-kurrent u kontra mwieġ kbar fit-triq tagħha lejn l-art.
- Ħu ftit ħin biex taħseb dwar dak li qed jtellfek milli tagħmel it-tajjeb. Il- mewġ ta’ kontrik jistgħu jkunu ideat żbaljati li waslu għandek mill-midja soċjali, jista’ jkun l-għażż jew eżempji ħżiena.
- Agħżel tlett strixxi tal-kartonċin blu minn dawn provduti u fuq kull waħda ikteb dan il-mewġ ta’ kontrik. Issa gerbeb dawn l-istrixxi tal- kartonċin u weħħilhom fuq il-qafas tad-dgħajsa provdut.
- Issa tista’ titlob lil Alla jgħinek tibqa’ sod kontra l-kurrent waqt li tkun qed tagħmel dak li jixtieq minnek.