Meta t-triq tkun imħarbta, inkunu ser naqgħu u negħjew, infittxu ma’ xiex nżommu. It-talb huwa bħall-ħabel ta’ tama bejna u bejn Alla. Hu jisma’ t-talb kollu tagħna; meta nadurawh, nfaħħruh, nirringrazzjawh, meta nkunu rrabjati u ngergru miegħu u ankè meta nitolbuh dak li neħtieġu jew nixtiequ. Jiddependi minna li ma nitilqu qatt dan il-ħabel ta’ tama u ma nieqfu qatt nitolbu.
- Ħu ftit ħin biex taħseb dwar il-ħin tat-talb tiegħek. Tagħmel ħin għat-talb fil-ġurnata tiegħek? Għandek fiduċja li Alla jisma’ t-talb tiegħek?
- Agħżel 6 biċċiet suf minn dawn provduti, għaqqadhom flimkien u mmaljahom biex tifforma bħall-ħabel żgħir.
- Żomm dan il-ħabel f’idejk u itlob lil Alla biex ma tiddubita qatt mill-imħabba u l-ħniena tiegħu.
- Fl-aħħar, tista’ ddawwar dan il-ħabel ma’ jdejk biex tiftakar li f’ħajtek qatt ma’ għandek tieqaf titlob.