Ħabel ta’ tama

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex qatt ma niddubita lil Alla

Meta t-triq tkun imħarbta, inkunu ser naqgħu u negħjew, infittxu ma’ xiex nżommu.  It-talb huwa bħall-ħabel ta’ tama bejna u bejn Alla. Hu jisma’ t-talb kollu tagħna; meta nadurawh, nfaħħruh, nirringrazzjawh, meta nkunu rrabjati u ngergru miegħu u ankè meta nitolbuh dak li neħtieġu jew nixtiequ.  Jiddependi minna li ma nitilqu qatt dan il-ħabel ta’ tama u ma nieqfu qatt nitolbu.

  • Ħu ftit ħin biex taħseb dwar il-ħin tat-talb tiegħek.  Tagħmel ħin għat-talb fil-ġurnata tiegħek?  Għandek fiduċja li Alla jisma’ t-talb tiegħek?  
  • Agħżel 6 biċċiet suf minn dawn provduti, għaqqadhom flimkien u mmaljahom biex tifforma bħall-ħabel żgħir.
  • Żomm dan il-ħabel f’idejk u itlob lil Alla biex ma tiddubita qatt mill-imħabba u l-ħniena tiegħu.
  • Fl-aħħar, tista’ ddawwar dan il-ħabel ma’ jdejk biex tiftakar li f’ħajtek qatt ma’ għandek tieqaf titlob.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.