Għalih

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex naqdi lil Alla

Min jaf kemm ċapċpulek meta bdejt timxi jew meta għidt l-ewwel kliem tiegħek!  Min jaf kemm ħassejtek importanti!  Għalkemm sabiħ li tħossok speċjali, Alla tak il-kapċitajiet u t-talenti biex il-qawwa tiegħu tasal għand l-oħrajn permezz tiegħek. Kulma nagħmlu għadna nagħmluh biex tidher il-qawwa ta’ Alla fina u mhux biex nidhru sbieħ aħna.   

  • Ħu ftit ħin biex tirringrazzja lil Alla għat-tajjeb kollu li tagħmel bħal meta tħobb, tgħin, tieħu ħsieb l-ambjent u tferraħ lill-oħrajn bit-talenti tiegħek.
  • Fuq il-karti forma ta’ friefet, ikteb l-azzjonijiet tajba li inti tagħmel ta’ kuljum u li permezz tagħhom tkun qed turi l-glorja u l-qawwa t’ Alla. 
  • Permezz tas-sbuħija tiegħu l-farfett jfakkarna kemm hu tassew kbir Alla.
  • Fil-kwiet itlob lil Alla sabiex kulma tagħmel tagħmlu mhux biex tidher int imma biex tfakkar lil kulħadd kemm hu kbir Alla.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.