Tiftakar dawk il-mumenti li bqajt imqajjem, ippreparat u tistenna bil-ħerqa għax xi ħaġa speċjali kienet ser isseħħlek dalwaqt? Forsi kont ser issiefer fuq btala, ser tiltaqa’ ma’ xi ħadd speċjali, ħiereġ mal-ħbieb jew għandek xi okkażjoni familjari.
- Kif tħossok kieku Alla kellu jiġi jżurek bla mistenni? Taħseb li ser isibek ippreparat, b’għajnejk miftuħa tistennih?
- Pinġi għajn fuq kull wieħed mit-tappijiet. Issa waħħal iż-żewġ tappijiet tal-plastik bħala par għajnejn miftuħa fuq il-karta b’forma ta’ wiċċ.
- Itlob lil Alla sabiex jipprovdilek nies fil-ħajja tiegħek li jinkoraġġuk biex tibqa’ b’għajnejk miftuħa, ippreparat tistenna l-mument meta ser isejjaħlek biex tgħix għal dejjem miegħu fil-Ġenna.