B’għajnejk miftuħa

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex nistennew lil Ġesù

Tiftakar dawk il-mumenti li bqajt imqajjem, ippreparat u tistenna bil-ħerqa għax xi ħaġa speċjali kienet ser isseħħlek dalwaqt? Forsi kont ser issiefer fuq btala, ser tiltaqa’ ma’ xi ħadd speċjali, ħiereġ mal-ħbieb jew għandek xi okkażjoni familjari.

  • Kif tħossok kieku Alla kellu jiġi jżurek bla mistenni? Taħseb li ser isibek ippreparat, b’għajnejk miftuħa tistennih?
  • Pinġi għajn fuq kull wieħed mit-tappijiet. Issa waħħal iż-żewġ tappijiet tal-plastik bħala par għajnejn miftuħa fuq il-karta b’forma ta’ wiċċ. 
  • Itlob lil Alla sabiex jipprovdilek nies fil-ħajja tiegħek  li jinkoraġġuk biex tibqa’ b’għajnejk miftuħa, ippreparat tistenna l-mument meta ser isejjaħlek biex tgħix għal dejjem miegħu fil-Ġenna. 

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.