
Naqraw
Mattew 13, 33
44“Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f’għalqa, li wieħed raġel isibu u jaħbih, u kollu ferħan imur ibigħ kulma jkollu u jixtri dik l-għalqa.
Nitolbu
Għażiż Mulej, xejn ma hu komparabbli mal-imħabba tiegħek. Għinna biex nitilqu dawk l-affarijiet li huma ħafna għal qalbna u nimxu warajk, għax inti l-akbar u l-aktar teżor prezzjuż. Ammen.
Ngħixu
X’inhu teżor?
Fl-istejjer naqraw kif il-pirati jissugraw ħajjithom biex isibu xi teżor. Fl-Evanġelju li qrajna, raġel biegħ kollox biex ikun jista’ jixtri t-teżor.
X’inhu importanti għalina? X’qegħdin infittxu? X’aktarx kulħadd jixtieq li jkun ferħan. Anke Ġesù jrid li aħna nkunu ferħanin. Aħna nkunu ferħana meta nagħmlu lil ħaddieħor ferħan, meta nieħdu ħsieb u ngħinu lill-oħrajn.
Illum insumu milli naħsbu fina nfusna u minflok, naħsbu fl-oħrajn. Nippruvaw li ngħinu aktar lill-oħrajn, nitbissmu lil dawk li niltaqgħu magħhom, ngħidu kliem sbieħ ma’ min niltaqgħu u dwarhom, nużaw kliem bħal grazzi, jiddispjaċini u jekk jogħġbok.
Attività