Tieħu gost tiġri fil-kampanja, tilgħab bil-ħamrija, jew tmur ħdejn il-baħar tilgħab bir-ramel jew iċ-ċagħaq? Tieħu gost tara id-dettalji ta’ fjura sabiħa jew ta’ xi insett? In-natura hija rigal mingħand Alla għalina biex jurina li jħobbna.
- Aħseb f’affarijiet naturali u sbieħ madwarek u li inti ma apprezzajtx.
- Qasqas in-nuċċali tal-karti u weħħel il-lasti waħda fuq kull naħa.
- Pinġi fuq in-nuċċali affarijiet sbieħ fin-natura li permezz tagħhom Alla qed jgħidlek li jħobbok.
- Kompli billi tirringrazzja lil Alla tal-affarijiet sbieħ madwarek li permezz tagħhom Alla qed jurik li jħobbok.