Qatt kont f’xi ħanut kbir u bqajt tħares lejn xi ħaġa u intlift? Xi drabi fil-ħajja nagħtu l-attenzjoni lill-affarijiet li jogħġbuna iktar milli nagħżlu dak li hu sewwa u b’hekk nintilfu. Ġesù jgħidlna li bħalma n-nagħaġ jagħrfu lir-ragħaj tagħhom hekk aħna wkoll għadna nagħrfuh u nimxu warajh.
- Ħu ftit ħin biex taħseb dwar meta kont mitluf/a u għaraft li Ġesù qed jsejjaħlek. Ġesù jsejjħilna permezz ta’ ħbieb tajba, permezz ta min jieħu ħsiebna u ankè f’qalbna.
- Ħu karta b’ forma ta’ nagħġa, ikteb isemek fuqha u qasqas madwarha. Qasqas żewġ ċrieki fejn tkun tista’ daħħal subgħajk.
- Waqt li daħħal subgħajk fil-puppet tan-nagħġa itlob lil Ġesù jgħinek tisma’ l-leħen tiegħu u timxi warajh.