Intervista

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba sabiex insir naf lil ħaddieħor

Waqt li tkun qed tara t-televixin jew tfittex fuq l-internet, qatt laqtitek xi esperjenza tal-ħajja ta’ xi ħadd, bħal xi attur jew persuna tal-isports?  Forsi kien hemm xi xena li bqajt taħseb fiha, jew qabditek kurżita biex issir taf iktar. Hemm xi persuni madwarek li tixtieq issir tafhom iżjed? 

  • Aħseb f’persuna mill-grupp li tixtieq issir tafha iktar. 
  • Sib din il-persuna u għidilha li tixtieq tkellimha. 
  • Staqsieha xi mistoqsijiet utli dwar is-sabiħ tal-ħajja. 
  • Qatta ftit ħin aħseb dwar dak li smajt waqt l-intervista. 
  • Ikteb jew pinġi l-iktar punt li laqtek u x’tgħallimt.
  • Tkellem ma’ Alla fuq dan il-persuna.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.