Sultan Onest

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex inkun ġust

Ġesù huwa Sultan li jsalva l-bnedmin mill-ħsara tal-ħażen. Hu mhux bħan-nies ta’ poter tad-dinja li jgħixu fil-palazzi, għandhom ħafna flus, jgħixu ħajja komda u jibżgħu ibatu għall-oħrajn. Ġesù jgħallimna li biex veru ngħixu ħajja tajba għandna ngħixu ħajja sempliċi, naqdu u nħobbu lil xulxin, nagħmlu dmirna sew u nagħmlu dejjem dak li hu tajjeb.

  •  Ħares ftit lejn it-tikketti ta’ nkoraġġiment li Ġesù pprattika f’ħajtu.
  • Għażel waħda.
  •  Fuq in-naħa l-oħra tat-tikketta, ikteb talba biex Alla jgħinnek tkun persuna ġust/ġusta bħal Ġesù billi twassal (dak li għandek miktub fit-tiketta li għażilt) kull fejn tkun.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.