Il-kelma ‘Bakhita’ bl-ilsien ta’ din il-qaddisa tfisser fortunata.
Ġużeppina twieldet fir-reġjun ta’ Darfur, ġewwa s-Sudan, fl-Afrika. Is-sena kienet 1869, u il-bejgħ u x-xiri ta’ l-iskjavi kien għaddej bla rażan. Kellha biss 7 jew 8 snin meta ġiet maħtufa minn negozjanti ta’ l-iskjavi Arab, waqt li kienet qed taħdem fl-għelieqi mal-familja tagħha. Ġiet imġiegħla timxi ħafja sas-suq ta’ l-isjkavi ġewwa El Obeid, fejn inxtrat u inbiegħet madwar darbtejn waqt dak il-vjaġġ.
Ġużeppina baqgħet tinbiegħ u tinxtara bħala skjava u għamlet żgħożita fl-iskjavitu, tgħaddi mingħand sid għal ieħor. Fil-fatt anki isimha insiet, meta kienu jistaqsuha isimha kienet twieġeb ‘Bakhita’, isem li kien ġie mgħotti lilha minn dawk li ħatfuha, forsi minħabba l-fatt li kienet ittorturata, msawta u immarkata. Darba ġiet feruta bosta drabi u għamlulha il-melħ mal-feriti tagħha!
F’dak iż-żmien, Bakhita kienet għada ma saritx Nisranija, imma dejjem kien tħares lejn is-sbuħija tan-natura madwarha b’għaġeb kbir; kienet taħseb “minn Hu s-Sid ta’ din is-sbuħija.” Fl-aħħar inxtrat minn Callisto Legnani, il-Viċi Konslu f’Khartoum, il-Belt kapitali tas-Sudan. Wara sentejn ħadha miegħu l-Italja u ingħatat bħala rigal lill-Kollega tiegħu, Augusto Michiele, li qabbadha biex teħodlu ħsieb it-tifla. Meta l-famija kellha bżonn terġa tmur is-Sudan minħabba n-negozju tal-familja, Bakhita talbet biex tibqa l-Italja. Is-sinjura tagħha ħallietha f’idejn is-sorijiet Kanossjani ġewwa Venezja. Kien f’dak iz-zmien meta kienet mas-sorijiet li Bakhita ħasset is-sejħa biex timxi wara Ġesu’ billi ssir Nisranija.
Meta s-Sinjura ta’ Bakhita, ġiet lura mis-Sudan, insistiet li terġa lura d-dar biex tkompli taqdiha. Iżda Bakhita ma riditx titlaq minn mas-sorijiet. Is-superjura tal-kunvent iddeċidiet biex tidħol għad-drittijiet ċivili ta’ Bakhita quddiem l-awtoritajiet ċivili minħabba l-fatti li is-skjavitu ma kienx legali ġewwa l-Italja u is-skjavitu kien spiċċa fis-Sudan anki qabel ma kienet ġiet maħtufa Bakhita! Meta l-qorti ordna li Bakhita kienet persuna libera, iddeċidiet li tingħaqad mas-Sorijiet Kanossjani.
Meta żmien tal-katekumenat wasal fi tmiemu, Bakhita tgħammdet, l-isem li għażlet kien Ġużeppina Margerita Fortunata (Fortunata hija l-kelma Bakhita bil-Latin). Fl-istess ġurnata li tgħammdet għamlet il-Griżma tal-Isqof u l-ewwel Tqarbina. Eventwalment ingħaqdet mas-Sorijiet Kanossjani u intbagħtet fil-kunvent ta’ Schio ġewwa Venezja fl-Italja. Għal tnejn u erbgħin sena hija ħadmet bħala purtinara u fil-kċina. Kienet ukoll tiġi imqabbda titkellem mas-Sorijiet li kienu ser imorru l-Afrika bħala missjunarji. Waqt dawn il-laqgħat, meta kienet titkellem dwar l-esperjenzi tagħha, il-ħtif u l-iskjavitu tagħha, hija mhux biss ħafret lil dawk li ħatfuha imma ukoll rringrazzjathom għax kienet tqis lilha nnfisha fortunata għax kieku ma kienx ser ikollha l-esperjenza li tiltaqa’ ma Ġesu’ Kristu.
B’sens ta’ rispett saret magħrufa bħala ‘Madre Moretta’ ~ l-Omm Sewda tagħna, kienet magħrufa ukoll għal personalita’ li tiġbdek, għat-tbissima u l-vuċi ġentili tagħha. Hija baqgħet ferrieħija anki meta kibret u kienet tkun muġugħa ħafna u ma setgħetx tqum minn fuq is-siġġu tar-roti.
Ġużeppina mietet fit-8 ta’ Frar 1947.