Talb tal-karnival

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba ta’ ringrazzjament għal ħin ta’ mistrieħ u ferħ

Il-Karnival huwa żmien biex tistrieħ mill-istress tal-istudji, l-eżamijiet u x-xogħol. 

  • Aħseb fil-Karnival u f’dak kollu li jogħġbok dwar dan iż-żmien pereżempju: il-maskri, karrijiet, maskarati, ir-Re tal-Karnival, iż-żfin, il-kumpanija tal-ħbieb jew familja.
  • Fuq karta vojta pinġi dak li jogħġbok. Tista’ tkun kreattiv u toħloq
    il-maskra jew il-karru tiegħek bl-oġġetti li ġibt għall-krafts.
  • Ikteb talba biex tirringrazzja lil Alla għal dan iż-żmien ta’ mistrieħ, kreattività, tgawdija u mistrieħ mal-familja jew ħbieb.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.