
Bħalma l-passiġġieri jitilgħu u jinżlu fuq xarabank, hekk ukoll in-nies jidħlu u jitilqu minn ħajti, kull wieħed u waħda minnhom iħallu marka li tibqa’ f’ħajti. Ma’ kull waqfa, uċuħ ġodda jġibu ferħ, tagħlim u appoġġ. Meta jitilqu, il-memorji tagħhom jibqgħu miegħi u jkomplu jiffurmaw ħajti .
➢ Ħu mudell tax-xarabank u f’kull tieqa ikteb l-isem ta’ persuna li daħlet f’ħajtek u għamlet differenza. Dawn jistgħu jkunu membri tal-familja, ħbieb, għalliema u oħrajn li ħallew impatt pożittiv fuq il-vjaġġ tal-ħajja tiegħek.
➢ Aħseb dwar kif għenuk, iggwidawk jew appoġġjawk.
➢ Itlob lil Alla jberikhom u jekk mhumiex aktar miegħek, itlob li jkollhom paċi u ferħ kull fejn qegħdin.
