
Meta l-Papa Ljun XIV ġie elett f’ Mejju 2025, mill-ewwel sejjaħ għall-bżonn li jinbnew pontijiet bejn in-nies. Ilkoll għandna nieħdu sehem fit-tixrid tal-paċi, ibda minn azzjonijiet żgħar fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Flimkien,
bil-modi uniċi tagħna stess, nistgħu verament nagħmlu differenza.
➢ Aħseb ftit kif id-dinja tkun post aħjar jekk ilkoll nifhmu, ngħinu u naċċettaw lil xulxin.
➢ Ħu kantun tal-karti u ikteb kif tista’ tgħin biex tqarreb lin-nies lejn xulxin.
➢ Qiegħed il-kantun tiegħek fuq il-wirja bħala ġest simboliku tal-impenn tiegħek lejn il-paċi u jekk trid, itlob lil Alla għall-paċi.
