Qatt doqt jew xrobt juice tal- għeneb? Ħafna drabi fuq il-pakketti tal- juice naqraw li jkun magħmul mija fil-mijja mill-frott u xejn iktar miżjud. Ħeqq, ovjament ma jista’ qatt jkollna l-juice mingħajr ma jkollna l-frotta- l- għenba u ma jistgħax jkollna l-frotta mingħajr ma jkollna is-siġra -d-dielja.
Ġesu jqabbel lilu nnifsu mad-dielja u lilna mal-fergħat. Bogħod mid-dielja, il-friegħi ma jagħtu l-ebda frott u jmutu. Matul din il-ġimgħa aħna msejħin biex nitolbu għall-għaqda fost l-insara kollha. L-għaqda hija mportanti ħafna. Jekk bħall-fergħat differenti nibqgħu magħqudin bejnietna u mad-dielja nkunu nistgħu nagħmlu l-frott. Mhux għeneb u tuffieħ iżda frott tal-Ispirtu li jagħmel ħajja tajba bħat-tjubija, l-ġentilezza u dixxipplina personali. Mhux ta’ b’xejn li tant Insara madwar id-dinja flimkien magħna qed jitolbu għall-għaqda bejniethom u ma’ Kristu!
Il-prayer space li ser nagħmlu llum fimkien ma dawk li jgħixu magħna jisimha Dielja Waħda u għaliha għandna bżonn:
Ibda billi tieqaf ftit taħseb kemm hu mportanti li l-friegħi jibqgħu magħqudin mad-dielja sabiex jieħdu l- ħajja u jagħtu l-frott. Wara agħlaq għajnejk u ħu ftit ħin timmaġina lilek u lill-Insara l-oħra bħal fergħat magħqudin ma’ xulxin u ma’ Ġesù Kristu id-dielja li tatina l-ħajja.
Pawza ta’ 5 sekondi
Issa fuq il-karta b’forma ta’ dielja agħmel marki tas-swaba’ ( finger prints) bħal għeneb. Ħares lejn il-marki li għamilt u aħseb fl-affarijiet tajbin li nistgħu nagħmlu jekk nibqgħu magħqudin ma’ Ġesù u bejnietna.
Kompli tkellem ma’ Alla dwar dan u itlobu għal aktar għaqda fost dawk kollha li huma dixxippli tiegħu.
Pawza ta’ 10 sekondi miġburin fit-talb.
Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu.