Kun ippreparat

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex nilqa' lil Alla

Il-motto tal- iscouts ‘ Kun Ippreparat’ jifisser li kollok kemm inti, moħħ, ġisem u ruħ tkun lest biex tagħmel dak li jkun mistenni minnek.  Bħall torċ, mowbajl u kul appart ieħor li jista’ jiġi ċċarġjat aħna wkoll għadna bżonn niċċarġjaw lilna nfusna billi nagħmlu affarijiet tajba ta’ kuljum sabiex inkunu ppreparati biex nilqgħu lil Alla u naqsmu ħajjitna miegħu.  

  • Taħseb li lest tilqa’ lil Alla.
  • Fuq il-karta forma ta’ ċarġer ikteb il-kliem ‘Kun Ippreparat’ u ħu ftit ħin biex taħseb f’affarijiet li tista’ tagħmel  sabiex terġa’ tiċċarġja lilek innifsek u tkun ippreparat għal Alla.
  • Issa tista’ titlob lil Alla biex jiggwidak biex tħejji lilek innifsek għalih.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.