
L-istorja ta’ San Sebastjan teħodna lura għal madwar 300 mitt sena wara l-mewt ta’ Ġesù.
Hu twieled Franza f’familja Nisranija u missieru kien nobbli. Meta kien żagħżugħ mar jgħix Milan u mbagħad Ruma fejn daħal fl-armata Rumana. Hu sar Gwardjan Pretorjan fejn serva bħala gwardjan personali tal-Imperatur.
Dak iż-żmien, l-Imperatur Ruman kien Dijoklezjanu. Dan l-Imperatur kien jobgħod lill-Insara u ordna l-mewt ta’ dawk li rrifjutaw li jqimu l-idoli Rumani u baqgħu jistqarru l-fidi tagħhom f’Ġesù Kristu. Sebastjan żamm sigriet il-fatt li kien Nisrani sabiex ikun jista’ jkompli jippriedka dwar Ġesù Kristu. Hu wassal biex ħafna nies — inklużi suldati u uffiċjali tal-armata Rumana — iħaddnu l-fidi Nisranija.
Eventwalment, l-Imperatur skopra li Sebastjan kien Nisrani. Huwa kkundannah għall-mewt. Għalhekk ordna li jkun marbut ma’ arblu jew siġra u maqtul bil-vleġeġ. Iżda baqa’ ħaj u ordna li jiġi msawwat sal-mewt.
San Bastjan huwa l-Qaddis Patrun tal-vittmi tal-epidemiji speċjalment il-pesta.
Dan ġej mill-assoċjazzjoni simbolika bejn il-vleġeġ u l-feriti li jikkawżaw, u l-feriti fuq il-ġilda li kienet tikkawża l-pesta. Dak iż-żmien, peress li l-għarfien mediku kien limitat, l-ibliet u l-irħula kienu jirrikorru għand xi qaddis biex jitolbu l-interċessjoni u l-protezzjoni tiegħu.
San Sebasjtan twieled f’familja nobbli fi Franza. Hu serva fl-Armata Imperjali Rumana u kien ukoll Gwardjan Pretorjan. San Bastjan kien iżur il-priġunieri u kkonverta ħafna suldati. Għalkemm kien il-favorit tal-imperatur, huwa bata ħafna għax ma riedx jiċħad il-fidi tiegħu, u miet martri.
San Sebasjtan hu l-qaddis Patrun tal-pandemiji u mard serju.
