L-istorja ta’ San Sebastjan toħodna lura għal xi 300 mitt sena wara Kristu. Jiġifieri xi 1,620 snin ilu! Imma minkejja dan San Bastjan għadu meqjum illum fit-2021 bħala wieħed mill-qaddisin eroj.
Twieled fi Franza f’familja Kristjana. Missieru kien nobbli. Meta kien għadu żgħażugħ mar milan u mbagħad Ruma fejn ingħaqad mal-Armata Rumana. Ftit wara sar Gwardjan Pretorjan, u kien jiddefendi lill-istess Imperatur! F’dak iż-żmien l-imperatur kien Dijoklezjanu. Dan kien jobgħod lill-Insara u kien ordna li jinqatel kull Kristjan li jirrifjuta li jadura l-idoli Rumani u li baqa’ jistqarr il-Fidi tiegħu fi Kristu.
Bastjan baqa jżomm is-sigriet li hu kien nisrani biex ikun jista jibqa jippriedka fuq Ġesu Kristu. Hu ikkonverta għall-Kristjaneżmu ħafna nies, anke suldati u uffiċjali tal-Armata Rumana. Fl-aħħar l-Imperatur sar jaf li Bastjan kien nisrani. Ħa s-sentenza tal-mewt u ġie maqtul billi sawtuh sakemm qatluh.
San Bastjan huwa magħruf bħala l-protettur ta’ dawk li jmutu bl-epidemiji speċjalment bil-pesta. Din ġiet billi jassoċjawh mal-vleġġeġ u l-feriti li jikkawżaw, mal-feriti fil-ġilda li jaqbadhom min jimrad bil-pesta.
F’dak iż-żmien nies mill-ibliet u l-irħula kienu jitolbu lil San Bastjan biex jipproteġihom minn dal-mard kiefer.
San Sebasjtan twieled f’familja nobbli fi Franza. Hu serva fl-Armata Rumana u sar ukoll Gwardjan Pretorjan. Hu ikkonverta bosta nies, anke suldari għall-Kristjaneżmu. Sebastjan kelli jbati biex jibqa’ sod fil-fidi u hu miet bħala martri. San Sebasjtan hu l-patrun tal-pandemiji.